Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 SUĠĠETT PRINĊIPALI | GIDEB LI JĠIEGĦLEK TAĦSEB LI MA TISTAX TĦOBB LIL ALLA

Il-Gidba li Alla M’Għandux Isem

Il-Gidba li Alla M’Għandux Isem

DAK LI ĦAFNA JEMMNU

‘Ma lħaqniex ftehim dwar jekk nistgħux biss nitkellmu dwar isem Alla, u jekk inhu hekk, x’jistaʼ jkun dak l-isem.’—Il-Professur David Cunningham, Theological Studies.

IL-VERITÀ MILL-BIBBJA

Alla qal: “Jien Ġeħova. Dak hu ismi.” (Isaija 42:8) Ġeħova huwa isem bl-Ebrajk li jfisser “Hu Jġiegħel li Jsir.”—Ġenesi 2:4, nota taʼ taħt.

Ġeħova jridna nużawh ismu. Il-Bibbja tgħid: “Sejħu ismu. Għarrfu l-għemejjel tiegħu fost il-popli. Xandru li ismu qiegħed fl-għoli.”—Isaija 12:4.

Ġesù użah l-isem t’Alla. Fit-talb, Ġesù qal lil Ġeħova: “Għarrafthom ismek [lid-dixxipli] u nibqaʼ ngħarrfu.” Ġesù għala għarraf l-isem divin lid-dixxipli tiegħu? Hu kompla: “Sabiex l-imħabba li biha ħabbejtni tkun fihom u jien inkun f’unjoni magħhom.”—Ġwanni 17:26.

GĦALA HU IMPORTANTI

“Bniedem li ma jafx lil Alla b’ismu, ma jafux tassew bħala persuna,” kiteb it-teologu Walter Lowrie, “u ma jistax iħobbu, jekk jafu biss bħala sempliċi forza.”

Meta l-isem personali t’Alla jinħeba jew jiġi sostitwit ikun bħallikieku qed jinqataʼ mill-Bibbja

Raġel jismu Viktor kien imur il-knisja kull ġimgħa, imma ma kienx iħoss li verament kien jafu lil Alla. “Imbagħad tgħallimt li Alla jismu Ġeħova, u kien bħallikieku introduċewni miegħu uffiċjalment,” jgħid hu. “Ħassejtni qisni li sa fl-aħħar iltqajt maʼ Dak li tant kont smajt dwaru. Bdejt narah bħala Persuna reali, u bdejt niżviluppa ħbiberija miegħu.”

Mill-banda l-oħra, Ġeħova jersaq eqreb lejn nies li jużaw ismu. Lil “dawk li jaħsbu fuq ismu,” Alla jwegħedhom: “Nagħdirhom, sewwasew bħalma raġel jagħder lil ibnu li jaqdih.” (Malakija 3:16, 17) Ukoll, Alla jippremja lil dawk li jsejħulu b’ismu. Il-Bibbja tgħid: “Kulmin isejjaħ isem Ġeħova jiġi salvat.”—Rumani 10:13.