Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 SUĠĠETT PRINĊIPALI | X’INHU L-MESSAĠĠ TAL-BIBBJA?

“Sibna ’l-Messija”!

“Sibna ’l-Messija”!

Madwar sebaʼ sekli wara li ġie miktub il-ktieb taʼ Mikea, il-profezija dwar il-Messija twettqet: Ġesù twieled f’Betlehem. Madwar 30 sena wara, fis-sena 29 W.K., twettqet l-ewwel parti tal-profezija taʼ Danjel dwar il-miġja tal-Messija. Ġesù ġie mgħammed, u Alla dilku bl-ispirtu qaddis. Preċiż fil-ħin, il-Messija tant mistenni, in-Nisel, kien wasal!

Ġesù beda l-ministeru tiegħu minnufih, “ixandar l-aħbar tajba tas-saltna t’Alla.” (Luqa 8:1) Sewwasew bħalma kien ipprofetizzat, Ġesù wera li kien qalbu tajba, ġentili, u konċernat verament dwar oħrajn. It-tagħlim tiegħu kien prattiku u taʼ mħabba, u hu fejjaq lin-nies minn “kull xorta taʼ nuqqas taʼ saħħa,” u b’hekk wera li Alla kien miegħu. (Mattew 4:23) Nies taʼ kull età marru bi ħġarhom għand Ġesù u kkonkludew: “Sibna ’l-Messija”!—Ġwanni 1:41.

Ġesù bassar li eżatt qabel ma s-Saltna tiegħu kellha tieħu kontroll sħiħ, fid-dinja kien se jkun hemm gwerer, terremoti, u ħafna inkwiet ieħor. Hu ħeġġeġ lil kulħadd biex ‘jibqaʼ għassa.’—Marku 13:37.

Ġesù kien raġel perfett li baqaʼ ubbidjenti lejn Alla, imma hu kellu għedewwa li eventwalment wasslu biex qatluh. Il-mewt tiegħu b’hekk ipprovdiet l-offerta perfetta biex jixtri lura għalina dak li tilfu Adam u Eva—il-prospett taʼ ħajja taʼ dejjem f’Ġenna tal-art.

Il-mewt taʼ Ġesù wettqet profezija. Profezija oħra twettqet meta Alla rxoxta lil Ġesù bħala spirtu qawwi tlett ijiem wara. Ġesù mbagħad deher lil iktar minn 500 dixxiplu tiegħu. Qabel ma telaʼ s-sema, Ġesù inkariga lis-segwaċi tiegħu biex jippritkaw l-aħbar tajba dwaru u dwar is-Saltna tiegħu lin-“nies tal-ġnus kollha.” (Mattew 28:19) L-inkarigu tagħhom kemm wettquh bir-reqqa?

Ibbażat fuq Mattew, Marku, Luqa, Ġwanni, 1 Korintin.