Hemm tama għal dawk li mietu?

Il-mewt hi bħall-irqad fis-sens li l-mejtin mhumiex konxji u ma jistgħu jagħmlu xejn. Madankollu, il-Ħallieq tal-ħajja jistaʼ jġib lil dawk mejtin lura permezz taʼ rxoxt. Biex jagħti prova taʼ dan, Alla ta l-qawwa lil Ġesù biex iqajjem xi nies għall-ħajja.—Aqra Ekkleżjasti 9:5; Ġwanni 11:11, 43, 44.

F’liema sens il-mewt hi bħall-irqad?

Alla wiegħed li l-mejtin li qegħdin fil-memorja tiegħu se jiġu rxoxtati għall-ħajja f’dinja ġdida ġusta. Dawk li se jiġu rxoxtati għandhom jibqgħu reqdin fil-mewt sakemm Alla jerġaʼ jagħtihom il-ħajja. Alla li Jistaʼ Kollox jixxennaq biex juża l-qawwa tiegħu ħalli lill-mejtin jerġaʼ jagħtihom il-ħajja.—Aqra Ġob 14:14, 15.

Kif se jkun l-irxoxt?

Meta Alla jqajjem lin-nies, huma se jkunu jistgħu jagħrfu lilhom infushom, lil ħbiebhom, u l-familja tagħhom. Għalkemm il-ġisem taʼ persuna jiddeterjora, Alla jistaʼ jirxoxta l-istess persuna b’ġisem ġdid.—Aqra l-1 Korintin 15:35, 38.

Relattivament ftit huma dawk l-uħud li jiġu rxoxtati għall-ħajja fis-sema. (Rivelazzjoni 20:6) Il-biċċa l-kbira taʼ dawk irxoxtati se jerġaʼ jkollhom il-ħajja f’ġenna fuq l-art restawrata. Lil dawn se jingħatalhom bidu ġdid, bit-tama li jgħixu għal dejjem.—Aqra Salm 37:29; Atti 24:15.