Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 SUĠĠETT PRINĊIPALI | X’INHU L-MESSAĠĠ TAL-BIBBJA?

Il-Bibbja Għala Għandha Tinteressak?

Il-Bibbja Għala Għandha Tinteressak?

Il-Bibbja hi bil-wisq l-iktar ktieb popolari fid-dinja. Għala? Raġuni waħda hi għax fiha rakkonti veri taʼ nies reali u kif huma kkomunikaw bejniethom u m’Alla. B’hekk faċilment jinftiehem dak li hemm fiha. Dawn ir-rakkonti jgħallmu lezzjonijiet prattiċi għax jintuża kliem sempliċi u dirett li jistaʼ jiġi tradott f’mijiet taʼ lingwi u mifhum minn nies fi kwalunkwe post u żmien. U l-prinċipji tal-Bibbja jaħdmu dejjem.

L-iktar importanti, il-Bibbja ma ssostnix li hi sempliċement ktieb dwar Alla imma li hi wkoll ktieb mingħand Alla. Turi l-isem t’Alla, il-personalità tiegħu, u l-iskop li ma jinbidilx tiegħu għala ħalaq l-art u l-bnedmin. Il-Bibbja titkellem ukoll dwar it-taqbida storika bejn it-tajjeb u l-ħażin: rakkont universali affaxxinanti bi tmiem hieni. B’hekk, jekk naqraw il-Bibbja b’moħħ miftuħ inkunu qed inqiegħdu pedament għall-fidi u t-tama.

Fil-Bibbja nsibu informazzjoni li ma nsibuha mkien ieħor. Pereżempju, il-Bibbja tgħidilna l-verità dwar suġġetti bħal dawn:

  • Minn fejn ġejna u għala nbatu

  • L-arranġament t’Alla biex jifdi lill-bnedmin

  • Dak li għamel Ġesù għalina

  • Il-futur tal-art u tal-bnedmin

Għala ma tagħtix daqqa t’għajn lejn il-paġni li ġejjin u tikkunsidra dwar xiex titkellem il-Bibbja?