Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin

Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin

Kif jistaʼ ż-żwieġ ikun hieni?

Il-pariri tal-Bibbja sabiex ikollna żwieġ hieni jirnexxu minħabba li ġejjin mill-Oriġinatur taż-żwieġ, Alla Ġeħova. Il-pariri juruna kif inrawmu kwalitajiet persunali li jistgħu jagħmlu żwieġ hieni u jwissuna dwar attitudnijiet li jistgħu jħassru żwieġ. Jgħallmu wkoll kif intejbu l-abbiltà tagħna biex nikkomunikaw ħalli jkollna iktar ferħ fiż-żwieġ.—Aqra Kolossin 3:8-10, 12-14.

L-irġiel u n-nisa miżżewġin għandhom jonoraw u jirrispettaw lil xulxin. Meta t-tnejn li huma jaċċettaw l-irwol li Alla tahom fiż-żwieġ, jistgħu jkunu ferħanin.—Aqra Kolossin 3:18, 19.

Kif jistaʼ żwieġ ikun dejjiemi?

Koppji miżżewġin jistgħu jibqgħu flimkien jekk iħobbu lil xulxin. Alla jgħallimna kif inħobbu. Hu u Ibnu, Ġesù, huma eżempju perfett taʼ mħabba li lesta li tagħmel sagrifiċċji.—Aqra l-1 Ġwanni 4:7, 8, 19.

Meta l-irġiel u n-nisa miżżewġin jirrispettaw iż-żwieġ għax hu arranġament minn Alla, huma se jibqgħu flimkien. Alla ħalaq iż-żwieġ biex ikun għaqda permanenti bejn raġel u mara sabiex il-familji jkunu protetti. Hu possibbli li ż-żwiġijiet ikunu dejjiema għax Alla ta lill-irġiel u n-nisa l-abbiltà li jikkumplimentaw lil xulxin fiżikament u emozzjonalment. Għamilhom ukoll fix-xbieha tiegħu, kapaċi jimitaw l-imħabba tiegħu.—Aqra Ġenesi 1:27; 2:18, 24.