X’inhu l-isem t’Alla?

Il-membri tal-familja tagħna kollha għandhom isem personali. Anke l-annimali domestiċi għandhom isem! Mhuwiex raġunevoli li Alla għandu isem? Fil-Bibbja, Alla għandu ħafna titli, bħal pereżempju Alla li Jistaʼ Kollox, Mulej Sovran, u Ħallieq, imma hu wkoll għandu isem personali.—Aqra Isaija 42:8.

afna traduzzjonijiet tal-Bibbja fihom l-isem personali t’Alla f’Salm 83:18. Pereżempju, fit-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa, dak il-vers jgħid: “Int, li ismek hu Ġeħova, int waħdek l-Iktar Għoli fuq l-art kollha.”

Għala għandna nużawh l-isem t’Alla?

Alla jridna nużaw l-isem personali tiegħu. Aħna nużaw l-ismijiet personali meta nitkellmu mal-maħbubin tagħna, bħalma huma l-ħbieb tal-qalb. M’għandniex nagħmlu l-istess meta niġu biex nitkellmu m’Alla? Iktar minn hekk, Ġesù Kristu ħeġġiġna nużaw l-isem t’Alla.—Aqra Mattew 6:9; Ġwanni 17:26.

Però, biex inkunu ħbieb m’Alla, għandna bżonn inkunu nafu iktar dwaru milli sempliċement x’jismu. Pereżempju, Alla x’tip taʼ persuna hu? Huwa possibbli li nersqu viċin lejh? Tistaʼ ssib it-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet fil-Bibbja.