Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 SUĠĠETT PRINĊIPALI: GĦANDEK TIBŻAʼ MIT-TMIEM TAD-DINJA?

Għandek Tibża’ mit-Tmiem tad-Dinja?

Għandek Tibża’ mit-Tmiem tad-Dinja?

X’taħseb dwar il-21 taʼ Diċembru, 2012, id-data fil-kalendarju tal-Maja li ħafna kienu qed jgħidu li se ġġib bidla mad-dinja kollha? Jiddependi minn dak li kont qed tistenna, għandek mnejn ħassejtek moħħok mistrieħ, diżappuntat, jew indifferenti. Kienet din sempliċement tbassira żbaljata oħra tat-tmiem tad-dinja?

Xi ngħidu dwar “tmiem id-dinja” deskritt fil-Bibbja? (Mattew 24:3, Għaqda Biblika Maltija) Xi wħud jibżgħu li d-dinja se tinħaraq u tinqered. Oħrajn huma interessati biex jaraw x’se jiġri fit-tmiem tad-dinja. Jerġaʼ oħrajn sempliċement xebgħu jisimgħu li t-tmiem hu qrib. Imma dawn ir-reazzjonijiet huma bbażati fuq il-ħrejjef jew fuq il-fatti?

Għandek mnejn tibqaʼ sorpriż meta ssir taf dak li tgħid verament il-Bibbja dwar it-tmiem tad-dinja. Il-Bibbja mhux biss tagħti raġunijiet biex tħares ’il quddiem lejn it-tmiem imma tirrikonoxxi wkoll il-frustrazzjoni li jistaʼ jkun hemm jekk it-tmiem donnu jittardja. Nistidnuk tikkunsidra t-tweġibiet tal-Bibbja għal xi mistoqsijiet komuni dwar it-tmiem tad-dinja.

Id-dinja se tinħaraq u tinqered?

 IT-TWEĠIBA TAL-BIBBJA: ‘Alla sejjes l-art fuq il-postijiet stabbiliti tagħha; din qatt u qatt ma se titħarrek.’SALM 104:5.

L-art mhux se tinqered, la bin-nar u lanqas b’xi ħaġa oħra. Minflok, il-Bibbja tgħallem li din il-pjaneta hi d-dar tal-umanità għal dejjem. Salm 37:29 jgħid: “Il-ġusti se jirtu l-art, u jgħammru fiha għal dejjem.”—Salm 115:16; Isaija 45:18.

Wara li Alla ħalaq l-art, hu qal li ‘kienet tajba ħafna,’ u hekk għadu jħossu. (Ġenesi 1:31) Mhux talli ma ppjanax li jeqridha, imma talli jwiegħed li ‘jeqred lil dawk li qed jeqirdu l-art’ u li jipproteġiha minn ħsara permanenti.—Rivelazzjoni 11:18.

Però, għandek mnejn taħseb dwar it-2 Pietru 3:7. Dan il-vers tal-Bibbja jgħid: “Is-smewwiet u l-art t’issa huma merfugħin għan-nar.” Ma jurix dan li l-art se tinħaraq u tinqered? Attwalment, il-Bibbja xi kultant tuża t-termini “smewwiet,” “art,” u “nar” b’mod figurattiv, bħala simboli. Pereżempju, meta Ġenesi 11:1 jgħid: “L-art kollha kellha lingwa waħda,” il-kelma “art” tirreferi għas-soċjetà umana.

Il-kuntest tat-2 Pietru 3:7 juri li s-smewwiet, l-art, u n-nar imsemmijin hemmhekk huma wkoll simboliċi. Versi 5 u 6 jxebbhuhom mad-Dilluvju taʼ żmien Noè. Dakinhar, id-dinja tal-qedem ġiet meqruda, u madankollu l-pjaneta tagħna ma spiċċatx. Għalhekk, “l-art” li l-Bibbja tgħid li nqerdet fid-Dilluvju tirreferi għan-nies vjolenti u mill-agħar li għexu dak iż-żmien, u “s-smewwiet” li nqerdu kienu l-ħakkiema taʼ dawk in-nies. (Ġenesi 6:11) Bl-istess mod, it-2 Pietru 3:7 jbassar qerda permanenti, bħallikieku bin-nar, tan-nies mill-agħar u l-gvernijiet korrotti tagħhom.

X’se jiġri fit-tmiem tad-dinja?

IT-TWEĠIBA TAL-BIBBJA: “Id-dinja tgħaddi u x-xewqa tagħha wkoll, imma min jagħmel ir-rieda t’Alla jibqaʼ għal dejjem.”1 ĠWANNI 2:17.

“Id-dinja” li se tgħaddi mhijiex il-pjaneta art imma n-nies kollha tad-dinja li ħajjithom mhijiex fi qbil mar-rieda t’Alla. Sewwasew bħalma kirurgu jistaʼ jneħħi tumur biex isalva l-ħajja taʼ pazjent, Alla se ‘jqaċċat ’il barra’ lin-nies mill-agħar sabiex in-nies sewwa jkunu jistgħu jgawdu verament il-ħajja  fuq l-art. (Salm 37:9) F’dan is-sens, “tmiem id-dinja” hu xi ħaġa tajba.

arsa pożittiva bħal din taʼ “tmiem id-dinja” tidher minn kif xi traduzzjonijiet tal-Bibbja jittraduċu din l-espressjoni. Din jagħtuha bħala “l-konklużjoni tas-sistema” jew “it-tmiem taʼ era.” (Mattew 24:3; New International Version) Ladarba kemm il-bnedmin u kemm id-dinja jibqgħu jeżistu wara t-tmiem, ma jkunx raġunevoli li wara dan se jkun hemm era ġdida, jew sistema ġdida? It-tweġiba tal-Bibbja hija iva, għax titkellem dwar “is-sistema li ġejja.”—Luqa 18:30.

esù sejjaħ dak il-perijodu fil-futur “it-tiġdid taʼ kollox.” F’dak iż-żmien, hu se jġedded lill-umanità għall-kundizzjonijiet li Alla ried oriġinarjament. (Mattew 19:28) Imbagħad aħna se ngawdu

Jekk ‘nagħmlu r-rieda t’Alla,’ dak li hu jitlob minna, m’għandniex għalfejn nibżgħu mit-tmiem tad-dinja. Minflok, nistgħu nħarsu ’l quddiem għalih.

It-tmiem tad-dinja huwa verament qrib?

IT-TWEĠIBA TAL-BIBBJA: “Meta taraw dawn l-affarijiet iseħħu, kunu afu li s-saltna t’Alla tkun qrib.” LUQA 21:31.

Fil-ktieb The Last Days Are Here Again, il-Professur Richard Kyle jikteb li “bidla f’daqqa u kaos soċjali joħolqu atmosfera li twassal għal tbassir tat-tmiem tad-dinja.” Dan speċjalment hu l-każ meta l-bidla u l-kaos ikunu diffiċli biex tispjegahom.

Madankollu, il-profeti ma ddeċidewx li jiktbu dwar it-tmiem biex jispjegaw għala kienu qed jiġru affarijiet ħżiena madwarhom. Minflok, huma kienu ispirati minn Alla biex jiddeskrivu l-kundizzjonijiet li kienu se jindikaw it-tmiem imminenti tad-dinja. Ikkunsidra ftit minn dawn il-profeziji u ddeċiedi għalik innifsek jekk humiex qed jitwettqu fi żmienna.

Bħalma qal Ġesù, meta ‘naraw dan kollu’ nkunu nafu li t-tmiem tad-dinja hu fil-qrib. (Mattew 24:33) Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jemmnu li l-evidenza hi konvinċenti, u jaqsmu dak li jemmnu m’oħrajn billi jippritkaw f’236 pajjiż.

Stennijiet żbaljati dwar it-tmiem ifissru li dan qatt mhu se jiġi?

IT-TWEĠIBA TAL-BIBBJA: “Meta jkunu qed jgħidu: ‘Paċi u sigurtà!’ imbagħad tiġi fuqhom minnufih qerda f’daqqa bħall-weġgħa tal-ħlas fuq mara tqila; u żgur ma jeħilsuhiex.”1 TESSALONIKIN 5:3.

Il-Bibbja xxebbah il-qerda tad-dinja mal-bidu tal-uġigħ tal-ħlas—l-uġigħ tal-omm hu inevitabbli u jiġi f’daqqa. Iż-żmien li jwassal għat-tmiem ukoll hu mxebbah maʼ tqala, għax l-omm li tkun waslet biex tiled tkun konxja tas-sinjali li dejjem jiżdiedu tat-twelid. It-tabib tagħha jistaʼ jgħidilha bejn wieħed u ieħor meta se tiled; madankollu, anki jekk tieħu iktar żmien biex tiled, hi xorta se tkun ċerta li t-tarbija tagħha dalwaqt titwieled. B’mod simili, kwalunkwe stennijiet żbaljati dwar it-tmiem ma jbiddlux l-aspetti ovvji li jidentifikaw dawn “l-aħħar jiem.”—2 Timotju 3:1.

‘Għandek mnejn tistaqsi, ‘Jekk is-sinjal li qegħdin fit-tmiem hu tant ovvju, għala ħafna nies jonqsu li jirrikonoxxuh?’ Il-Bibbja turi li meta t-tmiem ikun qrib, ħafna se jċekknu l-evidenza. Minflok ma jirrikonoxxu l-bidliet fundamentali matul l-aħħar jiem, huma jwaqqgħu għaċ-ċajt u jgħidu: “Minn dakinhar li missirijietna raqdu fil-mewt, kollox għadu  għaddej eżatt bħalma kien sa mill-bidu tal-ħolqien.” (2 Pietru 3:3, 4) Fi kliem ieħor, is-sinjal tal-aħħar jiem hu ċar daqs il-kristall, imma ħafna jinjorawh.—Mattew 24:38, 39.

Dan l-artiklu kkunsidra biss ftit mill-evidenza Skritturali li t-tmiem hu qrib. * Tixtieq tkun taf iktar? Jekk iva, għala ma tikkuntattjax lix-Xhieda taʼ Ġeħova biex taċċetta l-offerta tagħhom taʼ studju tal-Bibbja b’xejn? Sessjonijiet taʼ studju jistgħu jinżammu fid-dar tiegħek, f’post ieħor konvenjenti għalik, jew saħansitra bit-telefown. L-unika ħaġa li għandek bżonn tagħti hu ftit mill-ħin tiegħek, u l-benefiċċji li jistgħu jinkisbu m’hemmx prezzhom.

^ Par. 39 Għal iktar informazzjoni, ara kapitlu 9, “Qegħdin aħna ngħixu fl-‘Aħħar Jiem’?,” tal-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? pubblikat mix-Xhieda taʼ Ġeħova.