Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Ħrafa Twassal Għal Oħra

Ħrafa Twassal Għal Oħra

“OQOGĦDU attenti,” kiteb l-appostlu Pawlu lill-Kristjani li kienu jgħixu fit-tieni nofs tal-ewwel seklu E.K. Kontra xiex kien qed iwissihom? “Li ma jkunx hemm xi ħadd li jaħtafkom taħt difrejh b’filosofija u qerq fieragħ skond it-tradizzjoni tal-bnedmin.”—Kolossin 2:8.

Minkejja t-twissija taʼ Pawlu, minn nofs it-tieni seklu E.K. ’l quddiem, xi Kristjani bdew jużaw xi ideat li ħadu minn filosfi tal-qedem sabiex jispjegaw it-twemmin tagħhom. Għala? Riedu li jkunu aċċettati min-nies taʼ edukazzjoni għolja tal-Imperu Ruman, u b’hekk jikkonvertu iktar nies għat-twemmin tagħhom.

Ġustinu Martri, wieħed mill-iktar famużi fost dawn il-Kristjani, kien jemmen li Ġesù, il-Kelliemi t’Alla, kien wera lilu nnifsu lill-filosfi Griegi ferm qabel ma ġie fuq l-art. Skont Ġustinu u għalliema li kienu jaħsbuha bħalu, l-influwenza tal-filosofija u l-mitoloġija fuq il-Kristjanità għamlet lil din il-forma taʼ reliġjon verament universali.

Il-forma taʼ Kristjanità taʼ Ġustinu Martri kellha suċċess kbir f’li tikkonverti lin-nies. Madankollu, il-fatt li adottaw ħrafa waħda wassal għall-ħolqien taʼ ħrejjef oħrajn u pproduċa dik li issa ħafna jemmnu li hi d-duttrina Kristjana. Biex tikxef dawn il-ħrejjef, qabbel dak li jgħidu x-xogħlijiet taʼ referenza li ġejjin maʼ dak li tgħallem il-Bibbja attwalment.