Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

L-Ewwel Ħrafa: Ir-Ruħ Hi Immortali

L-Ewwel Ħrafa: Ir-Ruħ Hi Immortali

Kif bdiet il-ħrafa?

“Il-filosfi Kristjani tal-bidu adottaw l-idea Griega li r-ruħ hi immortali u ħasbu li r-ruħ inħalqet minn Alla u ddaħħlet fil-ġisem fil-konċepiment.”—The New Encyclopædia Britannica (1988), Volume 11, paġna 25.

Il-Bibbja x’tgħid?

“Ir-ruħ li tidneb, tmut.”—Eżekjel 18:4, Karm Żammit.

Rigward il-ħolqien tal-ewwel ruħ umana, il-Bibbja tgħid: “Alla Ġeħova sawwar ir-raġel mit-trab taʼ l-art u nefaħlu fi mnifsejh in-nifs tal-ħajja, u r-raġel sar ruħ [bl-Ebrajk, nefex] ħajja.”—Ġenesi 2:7.

Il-kelma Ebrajka nefex, tradotta “ruħ,” tfisser ‘ħliqa li tieħu n-nifs.’ Meta Alla ħalaq lill-ewwel bniedem, Adam, Hu ma daħħalx ġo fih ruħ immortali, imma l-forza tal-ħajja li tiġi sostnuta bin-nifs. Għalhekk, ir-“ruħ” fis-sens Bibliku tirreferi għall-individwu ħaj kollu kemm hu. Jekk tiġi mifruda mill-forza tal-ħajja li tingħata oriġinarjament minn Alla, ir-ruħ tmut.—Ġenesi 3:19; Eżekjel 18:20.

Id-duttrina tal-immortalità tar-ruħ qajmet xi mistoqsijiet: L-erwieħ fejn imorru wara l-mewt? X’jiġrilhom l-erwieħ tan-nies ħżiena? Meta l-Kristjani tal-isem adottaw il-ħrafa tal-immortalità tar-ruħ, dan wassalhom biex jaċċettaw ħrafa oħra—it-tagħlim tan-nar tal-infern.

Qabbel dawn il-versi Bibliċi: Ekkleżjasti 3:19; Mattew 10:28; Atti 3:23

FATT:

Meta persuna tmut ma tibqax teżisti