IT-TORRI TAL-GĦASSA—EDIZZJONI GĦALL-ISTUDJU April 2014

Din il-ħarġa teżamina kif nistgħu nimitaw il-fidi taʼ Mosè. Ġeħova kif iqis ir-responsabbiltajiet tal-familja u kif jgħinna nwettquhom?

Imita l-fidi ta’ Mosè

Il-fidi kif qanqlet lil Mosè biex jiċħad ix-xewqat tal-laħam u japprezza l-privileġġ li jaqdi lil Ġeħova? Mosè għala “ħares fiss lejn il-ħlas tal-premju”?

Qed tara “lil Dak li hu inviżibbli”?

Il-fidi ta’ Mosè f’Alla kif ipproteġietu mill-biża’ mill-bniedem u għenitu jkollu fiduċja fil-wegħdi t’Alla? Saħħaħ il-fidi tiegħek biex tara lil Ġeħova bħala Persuna reali.

BIJOGRAFIJA

Il-ministeru fultajm—Fejn wassalni

Hekk kif jirrifletti fuq l-64 sena tiegħu fil-ministeru fultajm, sir af għala Robert Wallen jgħid li kienet ħajja premjanti u ta’ skop.

Ħadd ma jista’ jkun qaddej ta’ żewġ sidien

Xi wħud marru jgħixu f’pajjiż barrani biex jaqilgħu iktar flus. Jekk ngħixu ’l bogħod minħabba x-xogħol kif se jeffettwa ż-żwieġ, it-tfal, u r-relazzjoni tagħna m’Alla?

Kun mimli kuraġġ—Ġeħova hu dak li jgħinek!

Missier kif poġġa l-fidi f’Alla u beda jirranġa l-ħajja ta’ familtu wara li ħadem ’il bogħod minnhom? Ġeħova kif għenu jmantni lill-familja tiegħu f’ekonomija iktar dgħajfa?

Tapprezza int il-ħarsien kollu mħabba ta’ Ġeħova?

Ikkunsidra ħames modi kif Alla jieħu ħsiebna bl-imħabba u kif nibbenefikaw mill-attenzjoni persunali tiegħu.

Kont taf?

Fi żminijiet Bibliċi, x’kien ifisser meta individwu kien iċarrat ħwejġu apposta?