Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

X’Tiftakar?

X’Tiftakar?

Qrajt bir-reqqa l-ħarġiet reċenti taʼ It-Torri tal-Għassa? Ara jekk tistax twieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:

Xi wħud kif jużaw il-Bibbja b’mod superstizzjuż, u aħna kif għandna nqisu dan?

Ħafna jemmnu li jekk jiftħu l-Bibbja fejn ġie ġie, l-ewwel vers li jaraw jgħidilhom x’għandhom jagħmlu. Il-Kelma t’Alla tistaʼ tgħinna, imma għandna nużawha kif suppost. Il-Bibbja mhix se tgħinna b’xi mod maġiku. Huwa l-istudju tagħna mill-Bibbja li jistaʼ jgħinna jkollna ħajja aħjar.—12/15, paġna 3.

Liema prinċipji għandhom bżonn iżommu f’moħħhom il-Kristjani kollha bħala prokuraturi mill-aħjar t’Alla? (1 Pt. 4:10)

“Bħala Kristjani, aħna t’Alla u rridu nagħtuh kont. Aħna lkoll nobdu l-istess livelli bażiċi, u rridu nkunu leali u taʼ min jafdana.—12/15, paġni 10-12.

X’inhi “d-dinja” li se tgħaddi?

Id-dinja” li se tgħaddi tirreferi għan-nies kollha tad-dinja li ħajjithom mhijiex fi qbil mar-rieda t’Alla. (1 Ġw. 2:17) Il-bnedmin leali u l-art u se jsalvaw.—1/1, paġni 5-7.

Għalkemm miet, Abel kif għadu jkellimna? (Ebr. 11:4)

Dan jagħmlu permezz tal-fidi. Nistgħu nitgħallmu mill-fidi tiegħu u nipprovaw nimitawha. L-eżempju tiegħu għadu ħaj u taʼ min jimitah.—1/1, paġna 12.

F’liema oqsma fil-ħajja m’għandna nħallu xejn ibegħedna minn Alla?

Ftit minn dawn l-oqsma huma: l-impjieg jew il-karriera tagħna, ir-rikreazzjoni u d-divertiment li nagħżlu, l-assoċjazzjoni tagħna maʼ membru tal-familja maqtugħ mis-sħubija, l-użu tagħna tat-teknoloġija moderna, it-tħassib dwar saħħitna, il-ħarsa żbaljata lejn il-flus, u l-fatt li nitkabbru u naħsbu li nifhmu iktar minn Ġeħova.—1/15, paġni 12-21.

X’nistgħu nitgħallmu mill-umiltà taʼ Mosè?

Minflok ma ħalla l-awtorità titlagħlu għal rasu, Mosè straħ fuq Alla, mhux fuqu nnifsu. Qatt ma rridu nħallu l-qawwa, l-awtorità, jew l-abbiltà naturali titlgħalna għal rasna; minflok, irridu nafdaw f’Ġeħova. (Prov. 3:5, 6)—3/1, paġna 5.

Xi jfisser li l-Iżraelin ma kinux ‘ċirkonċiżi f’qalbhom’? (Ġer. 9:26)

Huma kienu ribellużi u rrifjutaw li jinbidlu u kellhom ineħħu kull ħsieb, xewqa, jew motiv li ġegħelhom jinjoraw il-kmandamenti taʼ Ġeħova. (Ġer. 5:23, 24)—3/15, paġni 9-10.

X’tinkludi l-parti viżibbli tal-organizzazzjoni t’Alla?

Tinkludi l-Ġemgħa li Tiggverna, il-kumitati tal-fergħa, l-indokraturi li jivvjaġġaw, il-ġemgħat tal-anzjani, il-kongregazzjonijiet, u x-Xhieda individwali.—4/15, paġna 29.

Ġesù kif kien eżempju taʼ xi ħadd li kellu ħajja sinifikanti?

Hu kellu skop f’ħajtu, dak li jagħmel ir-rieda t’Alla. Kellu mħabba intensa għal missieru, u ħabb lin-nies. B’hekk, kien jaf li kellu l-imħabba u l-approvazzjoni taʼ missieru. Dawn huma affarijiet essenzjali għal ħajja sinifikanti.—5/1, paġni 4-5.

Kienu l-Iżraelin joqtlu lill-kriminali billi jdendluhom maʼ zokk?

Le. Ġnus oħrajn tal-qedem kienu jagħmlu hekk imma l-Iżraelin ma kinux. Għall-inqas fi żmien l-Iskrittura Ebrajka, bniedem li jkun għamel il-ħażin l-ewwel kien jinqatel, pereżempju bit-tħaġġir. (Lev. 20:2, 27) Imbagħad il-katavru setaʼ jiddendel maʼ zokk bħala twissija għal oħrajn.—5/15, paġna 13.