IT-TORRI TAL-GĦASSA—EDIZZJONI GĦALL-ISTUDJU Mejju 2013

Din il-ħarġa tispjega kif nistgħu nwettqu l-inkarigu tagħna bħala evangelizzaturi u turi liema kwalitajiet jgħinuna nikkomunikaw sew fil-familja.

Wettaq l-Irwol Tiegħek Bħala Evanġelizzatur

Għala hu vitali li n-nies jisimgħu l-aħbar tajba llum? U kif nistgħu nwettqu l-irwol tagħna bħala evanġelizzaturi b’suċċess?

Int “Żeluż Għal Għemejjel Tajbin”?

Dan l-artiklu se jiddiskuti kif iż-żelu tagħna għall-ippritkar u l-kondotta tajba jiġbdu lin-nies lejn Alla.

Mistoqsijiet mill-Qarrejja

Ħafna ġnus tal-qedem kienu joqtlu lil ċerti kriminali billi jsammruhom ma’ zokk jew arblu. Xi ngħidu għall-ġens ta’ Iżrael tal-qedem?

Saħħaħ iż-Żwieġ Tiegħek Permezz ta’ Komunikazzjoni Tajba

Il-komunikazzjoni tajba hi aspett essenzjali ta’ żwieġ hieni. Dan l-artiklu jidentifika kwalitajiet li jistgħu jgħinuna nikkomunikaw tajjeb.

Ġenituri, Tfal—Ikkomunikaw bl-Imħabba

X’inhuma xi ostakli għall-komunikazzjoni tajba? Kif tista’ tegħlibhom?

BIJOGRAFIJA

Għala Ħajjitna Għandha Skop Veru

Patricia għandha żewġt itfal li jbatu minn marda ġenetika rari. Sir af kif huma kisbu ħajja ta’ skop minkejja d-diffikultajiet tagħhom.

Ħares il-Wirt Tiegħek Billi Tagħmel Għażliet Għaqlin

X’wirt spiritwali hemm għall-Kristjani, u x’nistgħu nitgħallmu mill-eżempju ta’ twissija ta’ Għesaw?

MILL-ARKIVJI TAGĦNA

Baqgħu Sodi f’‘Siegħa ta’ Prova’

Aqra dwar kif meta faqqgħet l-Ewwel Gwerra Dinjija fl-1914, il-waqfa newtrali tal-Istudenti tal-Bibbja eventwalment ġibdet l-attenzjoni tad-dinja.