Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 SUĠĠETT PRINĊIPALI | X’INHU L-AQWA RIGAL?

“Kien l-aqwa rigal li qatt qlajt”

“Kien l-aqwa rigal li qatt qlajt”

Hekk ħassitha tifla taʼ 13-​il sena meta qalgħet kelb bħala rigal. Negozjanta taʼ suċċess qalet li l-​kompjuter li kien ta missierha meta kienet għadha l-​iskola, kien rigal li bidlilha ħajjitha. U għal raġel, l-​aqwa rigal li rċieva kien kard li għamlet martu stess għall-​ewwel anniversarju tagħhom.

Kull sena, ħafna nies iqattgħu ħafna ħin u jagħmlu sforz biex ifittxu “l-​aqwa” rigal għal ħabib jew qarib għal okkażjoni speċjali. U ħafna jkunu jixtiequ jisimgħu kummenti bħalma ssemmew qabel. Xi ngħidu għalik? Tixtieq tkun tistaʼ tagħti jew tirċievi rigali li jkunu verament apprezzati?

Dan il-​ħsieb jistaʼ jinstemaʼ interessanti ħafna, mhux biss minħabba l-​effett li rigal jistaʼ jħalli fuq dak li jirċivih, imma anki minħabba l-​effett li jħalli fuq dak li jagħtih. Wara kollox, il-​Bibbja tgħid: “Hemm iktar hena meta tagħti milli meta tirċievi.” (Atti 20:35) Ovvjament, tistaʼ tkun iktar ferħan jekk ir-​rigal li tagħti jkun apprezzat ferm minn dak li jirċivih.

Allura, ir-​rigal li tagħti kif jistaʼ jġib ferħ taʼ veru lilek u lil min jirċivih? U jekk ma tistax tagħti “l-​aqwa” rigal, x’tistaʼ tagħmel biex dak li tagħti jkun apprezzat verament?