Qatt xi darba se jkun hawn il-​paċi fuq l-​art?

Kieku int x’tgħid?

  • Iva

  • Le

  • Forsi

Dak li tgħid il-​Bibbja

Matul ir-​renju taʼ Ġesù Kristu, se “jkun hemm sliem kotran sa ma jintemm il-​qamar”—jiġifieri għal dejjem.—Salm 72:7.

X’nistgħu nitgħallmu iżjed mill-​Bibbja?

  • In-​nies il-​ħżiena se jitneħħew mill-​art u se jibqaʼ nies tajbin li se “jitgħaxxqu ferm” “bi sliem kotran.”—Salm 37:10, 11.

  • Alla se jtemm il-​gwerer kollha.—Salm 46:8, 9.

Huwa possibbli li jkollna serħan il-​moħħ minn issa?

Xi nies jemmnu . . . li qatt ma jistaʼ jkollna s-​serħan tal-​moħħ sakemm id-​dinja tibqaʼ mimlija bis-​sofferenzi u l-​inġustizzji. Int x’taħseb?

Dak li tgħid il-​Bibbja

Saħansitra minn issa, dawk li huma qrib t’Alla jistaʼ jkollhom “il-​paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb.”—Filippin 4:6, 7.

X’nistgħu nitgħallmu iżjed mill-​Bibbja?

  • Alla jwiegħed li se jneħħi s-​sofferenzi u l-​inġustizzji billi ‘jagħmel kollox ġdid.’—Rivelazzjoni 21:4, 5.

  • Nistgħu nħossuna fil-​paċi jekk nieħdu ħsieb “il-​bżonn spiritwali” tagħna.—Mattew 5:3.