Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

X’inhi s-Saltna t’Alla?

X’inhi s-Saltna t’Alla?

X’inhi s-Saltna t’Alla?

XI NIES JEMMNU li tirrappreżenta r-renju t’Alla fil-qalb tal-persuna; oħrajn jaħsbu li hija xi ħaġa li ġejja mill-isforzi tal-bniedem biex iġib paċi u unità dinjija. Int x’taħseb?

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA

“L-Alla tas-sema jwaqqaf saltna li qatt ma tinqered. . . . Hi se tfarrak u ttemm dawn is-saltniet [umani] kollha.” (Danjel 2:44) Is-Saltna t’Alla hi gvern reali.

XI ĦAĠA OĦRA LI NITGĦALLMU MILL-BIBBJA

  •  Is-Saltna t’Alla taħkem mis-smewwiet.​—Mattew 10:7; Luqa 10:9.

  •  Alla juża s-Saltna tiegħu biex iwettaq ir-rieda tiegħu kemm fis-sema kif ukoll fuq l-art.​—Mattew 6:10.

Meta ġejja s-Saltna t’Alla?

INT X’TGĦID?

  •  Ħadd ma jaf

  •  Dalwaqt

  •  Qatt

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA

“Din l-aħbar tajba tas-saltna tiġi pridkata fl-art abitata kollha bħala xiehda lill-ġnus kollha; u mbagħad jiġi t-tmiem.” (Mattew 24:14) Ladarba l-aħbar tajba tkun pritkata għalkollox, is-Saltna se tiġi biex iġġib din is-sistema preżenti mill-agħar fi tmiem.

XI ĦAĠA OĦRA LI NITGĦALLMU MILL-BIBBJA

  •  Ħadd fid-dinja ma jaf eżattament meta ġejja s-Saltna t’Alla.​—Mattew 24:36.

  •  Profezija tal-Bibbja turi li s-Saltna ġejja dalwaqt.​—Mattew 24:3, 7, 12.