Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Taħt is-Saltna t’Alla, in-nies se ‘jitgħaxxqu ferm bi sliem kotran.’—Salm 37:11.

X’tgħid il-Bibbja?

X’tgħid il-Bibbja?

Tistaʼ tgħinek il-Bibbja meta tkun ansjuż?

Kieku int x’tgħid?

  • Iva

  • Le

  • Forsi

Dak li tgħid il-​Bibbja

‘Itfaʼ l-​ansjetà kollha tiegħek fuq Alla, għax hu jimpurtah minnek.’ (1 Pietru 5:7) Il-​Bibbja taċċertana li Alla jistaʼ jgħinek issib serħan mill-​ansjetà tiegħek.

X’nistgħu nitgħallmu iżjed mill-​Bibbja?

  • Permezz tat-​talb, int tistaʼ tikseb “il-​paċi t’Alla” li tnaqqas l-​ansjetà.—Filippin 4:6, 7.

  • Apparti minn hekk, li taqra l-​Kelma t’Alla jistaʼ jgħinek tkampa mal-​istress.—Mattew 11:28-30.

Qatt se tintemm l-​ansjetà?

Xi wħud jemmnu . . . li l-​ansjetà u l-​istress huma parti mill-​ħajja, filwaqt li oħrajn jemmnu li serħan mill-​ansjetà nsibuh biss wara l-​mewt. Int x’taħseb?

Dak li tgħid il-​Bibbja

Alla se jneħħi dak kollu li jġib l-​ansjetà. “Ma jkunx hemm iżjed mewt, u la niket u la għajat u lanqas uġigħ.”—Rivelazzjoni 21:4.

X’nistgħu nitgħallmu iżjed mill-​Bibbja?