Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Alla kif iħossu dwar it-tbatija tiegħek?

Alla kif iħossu dwar it-tbatija tiegħek?

Xi wħud jemmnu li Alla la jara t-​tbatija u lanqas jimpurtah.

IKKUNSIDRA DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

  • Alla mhux biss jara imma anke jimpurtah

    “Ġeħova ra li l-​ħażen tal-​bniedem kien kotran fuq l-​art . . . , u ħassu mweġġaʼ f’qalbu.”—Ġenesi 6:5, 6.

  • Alla se jneħħi t-​tbatija kollha

    “Ftit ieħor biss, u l-​ħażin ma jkunx iktar; u int tħares bir-​reqqa fejn kien, u ma jkunx hemm. Imma l-​ġwejdin se jirtu l-​art, u bi sliem kotran jitgħaxxqu ferm.”—Salm 37:10, 11.

  • Dak li Alla jrid għalik

    “‘Jien naf il-​ħsibijiet li qed naħseb dwarkom,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘ħsibijiet taʼ paċi, mhux taʼ ħsara, sabiex nagħtikom futur u tama. U ssejħuli u tiġu titolbuni, u jien nismagħkom.’”—Ġeremija 29:11, 12.

    “Ersqu qrib lejn Alla, u hu jersaq qrib lejkom.”—Ġakbu 4:8.