Tixtieq taqra dan l-artiklu bʼdin il-lingwa: %%?
Introduzzjoni
INT X’TAĦSEB?
Waħda mill-iktar xeni magħrufa fil-ktieb tar-Rivelazzjoni hi dik tal-erbaʼ rikkieba taż-żwiemel tal-Apokalissi. Xi wħud jibżgħu minnha. Oħrajn tqabbadhom kurżità. Innota x’tgħid il-Bibbja dwar profeziji bħal dawn:
“Hieni min jaqra b’leħen għoli u dawk li jisimgħu l-kliem taʼ din il-profezija.”—Rivelazzjoni 1:3.
Din il-ħarġa tat-Torri tal-Għassa tispjega kif il-ġirja tal-erbaʼ rikkieba taż-żwiemel tistaʼ tfisser aħbar tajba għalina.