Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Meta xi ħadd mill-miżżewġin ma jibqax leali

Meta xi ħadd mill-miżżewġin ma jibqax leali

“Xtaqt immut meta żewġi qalli li se jitlaqni għal mara iżgħar. Ma kienx fair, speċjalment meta niftakar kemm għamilt sagrifiċċji għalih.”—Maria, Spanja.

“Meta l-​mara tiegħi ħallietni bħall-​Erbgħa fost il-​ġimgħa, kien bħallikieku mietet xi ħaġa ġo fija. Il-​ħolm li kellna, it-​tamiet, u l-​pjanijiet tagħna sfaw fix-​xejn. Kien hemm perjodu fejn kont inħossni meħlus mill-​ansjetà, imma mbagħad kont nerġaʼ nħossni dipress.” —Bill, Spanja.

META jkun hemm nuqqas taʼ lealtà fiż-​żwieġ, il-​persuna traduta tistaʼ tħossha mkissra. Hu minnu li hemm min iħoss li jistaʼ jaħfer lill-​persuna l-​oħra fiż-​żwieġ li ma kinitx leali u jerġaʼ jkollu relazzjoni tajba magħha. * Imma kemm jekk jibqgħu flimkien u kemm jekk le, li hu żgur hu li min isir jaf li s-​sieħeb jew is-​sieħba tiegħu qalbithielu jgħaddi minn tbatija kbira. Dawn l-​uħud kif jistgħu jkampaw mal-​emozzjonijiet taʼ wġigħ?

VERSI TAL-​BIBBJA LI JISTGĦU JKUNU T’GĦAJNUNA

Minkejja l-​uġigħ taʼ qalb, ħafna persuni innoċenti sabu faraġ mill-​Iskrittura. Huma tgħallmu li Alla jara d-​dmugħ tagħhom u jħoss l-​uġigħ tagħhom.—Malakija 2:13-​16.

“Meta l-​ħsibijiet li jinkwetawni żdiedu ġewwa fija, il-​faraġ tiegħek beda jmellisli ruħi.”Salm 94:19.

“Hekk kif qrajt dak il-​vers, immaġinajt lil Ġeħova jtaffili l-​uġigħ bil-​ħlewwa, bħalma kieku jagħmel missier kollu mogħdrija,” jiftakar Bill.

“Maʼ xi ħadd leali int se taġixxi b’lealtà.”Salm 18:25.

“Ir-​raġel tiegħi ma kienx leali,” tispjega Carmen, li r-​raġel tagħha kien ilu jaqlibhielha xhur sħaħ. “Imma jien stajt nafda fil-​lealtà taʼ Ġeħova. Hu qatt mhu se jiddiżappuntani.”

“Tkunu ansjużi fuq xejn, imma f’kollox b’talb u b’suppliki . . . ħallu lil Alla jkun jaf x’teħtieġu; u l-​paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb tgħasses lil qalbkom.”Filippin 4:6, 7.

“Qrajt dawn il-​versi darba wara l-​oħra,” tgħid Sasha. “Hekk kif kont nitlob u nitlob, Alla tani l-​paċi f’ħajti.”

Dawk kollha li ġew kwotati hawn fuq xi kultant kienu jħossuhom qalbhom maqtugħa. Imma huma fdaw lil Alla Ġeħova u kisbu s-​saħħa mill-​Kelma tiegħu. Bill poġġieha b’dan il-​mod: “Il-​fidi tiegħi tatni skop fil-​ħajja meta kollox kien donnu tar mar-​riħ. Għalkemm għal xi żmien imxejt ‘fil-​wied taʼ dlam ċappa,’ Alla kien miegħi.”—Salm 23:4.

^ par. 4 Għal diskussjoni dwar jekk għandekx taħfer jew le, ara s-​serje fl-​Awake! tat-​22 t’April 1999 bit-​titlu, “When a Mate Is Unfaithful.”