Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Meta l-ħajja tidher diffiċli wisq

Meta l-ħajja tidher diffiċli wisq

IL-​ĦAJJA tistaʼ tkun pjaċevoli ħafna, speċjalment meta kollox jimxi ħarir. Imma xi ngħidu jekk iċ-​ċirkustanzi jagħmlulek ħajtek diffiċli wisq biex tkampa magħha?

Pereżempju, Sally, * mill-​Istati Uniti, li tilfet kważi kulma kellha f’uragan, tispjega: “Ma kontx naf kemm stajt niflaħ għal iktar. Ħafna ġranet kont inħoss li ma nistax inkampa.”

Jew xi ngħidu jekk titlef lil xi ħadd għażiż fil-​mewt? Janice, mill-​Awstralja, tgħid: “Meta tlift liż-​żewġ uliedi, ħassejtni mfarrka u mifnija. Kelli nara kif se nipprova nkampa. Kont nitlob bil-​ħrara lil Alla: ‘Ma niflaħx għal iktar. Jekk jogħġbok, agħmel li norqod u ma nqumx.’”

Daniel, mill-​banda l-​oħra, ħassu mkisser meta l-​mara tiegħu għamlet adulterju. Hu jispjega: “Meta l-​mara tiegħi stqarret li ma kinitx leali lejja, kien qisu daħħluli sikkina f’qalbi. Ħassejt dan l-​uġigħ fiżiku għal darba wara l-​oħra u domt inħossni hekk diversi xhur.”

Din il-​ħarġa tat-​Torri tal-​Għassa se tikkunsidra għala l-​ħajja hi taʼ min jgħixha anki meta

Ejja l-​ewwel naraw kif nistgħu nkampaw meta jseħħ diżastru.

^ par. 3 Xi ismijiet f’din is-​serje t’artikli ġew mibdulin.