Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

“Il-ġwejdin se jirtu l-art”

“Il-ġwejdin se jirtu l-art”

Ħafna minna rajna inġustizzji u nies ħżiena jaħqru lin-​nies tajbin u innoċenti. Qatt se jkun hawn żmien fejn l-​inġustizzja u l-​ħażen ma jkunux iktar?

Salm 37 fil-​Bibbja jagħtina t-​tweġiba, kif ukoll gwida għal-​lum il-​ġurnata. Innota x’jgħid dwar il-​mistoqsijiet importanti li ġejjin.

  • Kif għandna nirreaġixxu maʼ dawk li jittrattawna ħażin?Versi 1, 2.

  • X’se jiġri min-​nies il-​ħżiena?Vers 10.

  • Dawk li jagħmlu t-​tajjeb, x’futur hemm jistenniehom?Versi 11, 29.

  • X’għandna nagħmlu issa?Vers 34.

Il-​kliem ispirat taʼ Salm 37 juri ċar li dawk li ‘jittamaw f’Ġeħova u jżommu triqtu’ se jkollhom futur sabiħ ħafna. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova se jkunu ferħanin li jgħinuk tistudja l-​Bibbja u titgħallem dwar x’tistaʼ tagħmel biex dan il-​futur isir realtà għalik u għal dawk li tħobb.