Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Il-Bibbja x’tgħid?

Il-Bibbja x’tgħid?

Min hu jew x’inhu x-​Xitan?

KONT TGĦID li x-​Xitan hu . . .

  • Persuna spirtu?

  • Simbolu tal-​ħażen fil-​bniedem?

  • Xi ħaġa fittizja?

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Ix-​Xitan tkellem maʼ Ġesù u ‘ttantah.’ (Mattew 4:1-​4) Għalhekk, ix-​Xitan mhuwiex immaġinarju, lanqas ma hu simbolu tal-​ħażen. Hu persuna spirtu mill-​agħar.

X’NISTGĦU NITGĦALLMU IŻJED MILL-​BIBBJA?

  • Oriġinalment, ix-​Xitan kien anġlu qaddis, imma “ma żammx sħiħ fil-​verità.” (Ġwanni 8:44) Sar giddieb u rribella kontra Alla.

  • Anġli oħra ngħaqdu fir-​ribelljoni taʼ Satana.—Rivelazzjoni 12:9.

  • Ix-​Xitan jagħmi lil ħafna nies dwar l-​eżistenza tiegħu.—2 Korintin 4:4.

Ix-​Xitan jistaʼ jikkontrolla lin-​nies?

XI NIES JGĦIDU li l-​fatt li x-​Xitan jikkontrolla l-​affarijiet hi daħqa fil-​wiċċ, filwaqt li oħrajn jibżgħu li jaħkmuhom l-​ispirti mill-​agħar. X’taħseb int?

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

“Id-​dinja kollha qiegħda taħt il-​qawwa tal-​Ħażin.” (1 Ġwanni 5:19) Ix-​Xitan jeżerċita influwenza kbira fuq l-​umanità, imma ma jikkontrollax lil kull bniedem.

X’NISTGĦU NITGĦALLMU IŻJED MILL-​BIBBJA?

  • Ix-​Xitan juża l-​qerq biex iżid l-​influwenza tiegħu.—2 Korintin 11:14.

  • L-​ispirti mill-​agħar f’ċerti każi jistgħu jikkontrollaw lin-​nies.—Mattew 12:22.

  • Bl-​għajnuna t’Alla jistaʼ jirnexxilek ‘topponi lix-​Xitan.’—Ġakbu 4:7.