Huwa Alla li jikkaġuna t-​tbatija?

Kieku int x’tgħid?

  • Iva

  • Le

  • Forsi

Dak li tgħid il-​Bibbja

“Ma jistax ikun li l-​Alla l-​veru jaġixxi bil-​ħażen, u li Dak li Jistaʼ Kollox jaġixxi b’mod inġust!” (Ġob 34:10) Alla qatt ma jġib il-​ħażen u t-​tbatija li naraw fid-​dinja.

X’nistgħu nitgħallmu iżjed mill-​Bibbja?

  • Satana x-​Xitan, “il-​ħakkiem tad-​dinja,” huwa l-​kaġun prinċipali tat-​tbatija.—Ġwanni 14:30.

  • It-​tbatija u l-​ħażen spiss jiġu wkoll mill-​għażliet ħżiena li jagħmlu n-​nies.—Ġakbu 1:14, 15.

It-​tbatija qatt se tintemm?

Xi wħud jemmnu li n-​nies jistgħu jeliminaw it-​tbatija jekk ilkoll jagħmlu sforz flimkien, filwaqt li oħrajn ftit li xejn għandhom tama li l-​kundizzjonijiet tad-​dinja jistgħu jinbidlu għall-​aħjar b’mod tant drastiku. Int x’taħseb?

Dak li tgħid il-​Bibbja

Alla se jelimina t-​tbatija kollha. “Ma jkunx hemm iżjed mewt, anqas biki jew għajat jew tbatija ma jkun hemm iżjed.”—Apokalissi 21:3, 4, Il-​Bibbja, Għaqda Biblika Maltija.

X’nistgħu nitgħallmu iżjed mill-​Bibbja?

  • Alla se juża lil Ġesù biex iġib fix-​xejn it-​tbatija li kkaġuna x-​Xitan.—1 Ġwanni 3:8.

  • In-​nies tajbin se jgħixu fil-​paċi fuq l-​art għal dejjem.—Salm 37:9-​11, 29.