Alla għandu isem?

XI NIES JGĦIDU li m’għandux isem, oħrajn jgħidu li jismu Alla jew Mulej, u jerġaʼ oħrajn jgħidu li għandu bosta ismijiet. X’taħseb int?

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA

“Int, li ismek hu Ġeħova, int waħdek l-Iktar Għoli fuq l-art kollha.”—Salm 83:18.

X’NISTGĦU NITGĦALLMU IŻJED MILL-BIBBJA?

  • Għalkemm Alla għandu ħafna titli, hu ta lilu nnifsu isem wieħed biss.—Eżodu 3:15.

  • Alla mhuwiex misteru; iridna nsiru nafuh.—Atti 17:27.

  • Li nkunu nafu isem Alla jistaʼ jkun l-ewwel pass biex ikollna ħbiberija miegħu.—Ġakbu 4:8.

Hu ħażin li tlissen l-isem t’Alla?

X’KONT TGĦID?

  • Iva

  • Le

  • Jiddependi

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA

“Tużax l-isem taʼ Ġeħova Alla tiegħek b’mod ħażin.” (Eżodu 20:7) L-unika darba li jkun ħażin li tuża isem Alla huwa jekk dan isir b’nuqqas taʼ rispett.—Ġeremija 29:9.

X’NISTGĦU NITGĦALLMU IŻJED MILL-BIBBJA?