Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Il-Bibbja x’tgħid?

Il-Bibbja x’tgħid?

Iwieġeb Alla t-​talb kollu?

INTI TAĦSEB LI HU JWIEĠEB IT-​TALB TAʼ KULĦADD?

  • Iva

  • Le

  • Ma nafx

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

“Ġeħova hu qrib dawk kollha . . . li jsejħulu bil-​verità.”—Salm 145:18.

X’NISTGĦU NITGĦALLMU IŻJED MILL-​BIBBJA?

  • Alla jinjora t-​talb taʼ dawk li jiħduha kontrih. (Isaija 1:15) Però, jistgħu ‘jirranġaw l-​affarijiet’ miegħu billi jbiddlu triqathom.—Isaija 1:18.

  • Biex Alla jwieġeb it-​talb, irid ikun fi qbil mar-​rieda tiegħu li nsibuha fil-​Bibbja.—1 Ġwanni 5:14.

Irridu aħna nkunu f’xi pożizzjoni partikulari biex nitolbu?

XI WĦUD JEMMNU li dejjem għandhom ikunu għarkopptejhom, rashom baxxuta, jew b’idejhom maʼ xulxin meta jitolbu. Int x’taħseb?

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Alla aċċetta t-​talb mingħand dawk li kienu bilqiegħda, bilwieqfa, mimdudin, jew għarkopptejhom. (1 Kronaki 17:16; 2 Kronaki 30:27; Esdra 10:1; Atti 9:40) Hu ma jistenniex li nkunu f’xi pożizzjoni speċifika meta nitolbu.

X’NISTGĦU NITGĦALLMU IŻJED MILL-​BIBBJA?