Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Kun af lill-għadu tiegħek

Kun af lill-għadu tiegħek

“Il-​pjanijiet [taʼ Satana] nafuhom.”—2 KORINTIN 2:11.

GĦANJIET: 133, 27

1. Wara li Adam u Eva dinbu, x’kixef Ġeħova dwar l-​għadu tagħna?

ADAM kien jaf li s-​sriep ma jistgħux jitkellmu. Allura meta Eva qaltlu li serp kien kellimha, Adam forsi induna li dan kien xi spirtu. (Ġenesi 3:1-6) Għalkemm Adam u Eva ma kinux jafu min kien dak l-​ispirtu, Adam għażel li jingħaqad maʼ dan l-​ispirtu u rribella kontra Missieru tas-​sema kollu mħabba. (1 Timotju 2:14) Eżatt wara dan, Ġeħova beda jagħti iktar informazzjoni dwar dan l-​għadu mill-​agħar u wiegħed li fl-​aħħar se jeqirdu. Imma Ġeħova wissa li dan l-​ispirtu li tkellem permezz tas-​serp kien se jopponi lil dawk kollha li jħobbu lil Alla.—Ġenesi 3:15.

2, 3. X’tistaʼ tkun ir-​raġuni għala ngħatat ftit informazzjoni dwar Satana qabel wasal il-​Messija?

2 Ġeħova qatt ma qalilna l-​isem personali tal-​anġlu li rribella kontrih. * (Ara n-​nota taʼ taħt.) Kien biss 2,500 sena wara r-​ribelljoni fl-​Għeden li Ġeħova qal min kien ir-​ribell. (Ġob 1:6) Hu magħruf bit-​titlu “Satana,” li jfisser “Wieħed li Jopponi.” Fl-​Iskrittura Ebrajka, fi tliet kotba biss jissemma Satana, fl-​1 Kronaki, f’​Ġob, u f’​Żakkarija. Għala  ngħatat ftit informazzjoni dwar dan l-​għadu qabel wasal il-​Messija?

3 Fl-​Iskrittura Ebrajka, Ġeħova ma inkludiex ħafna dettalji dwar Satana u dwar dak li jagħmel. Wara kollox, l-​iskop tal-​Iskrittura Ebrajka kien li tgħin lin-​nies jagħrfu lill-​Messija u jimxu warajh. (Luqa 24:44; Galatin 3:24) Meta l-​Messija wasal, Ġeħova uża lilu u lid-​dixxipli tiegħu biex jgħidilna ħafna minn dak li nafu dwar Satana u l-​anġli li ngħaqdu miegħu. * (Ara n-​nota taʼ taħt.) Dan hu xieraq, għax Ġeħova se juża lil Ġesù u lill-​midlukin biex jeqred lil Satana u s-​segwaċi tiegħu.—Rumani 16:20; Rivelazzjoni 17:14; 20:10.

Bl-​għajnuna taʼ Ġeħova, Ġesù, u l-​anġli leali aħna nistgħu nibqgħu sodi kontra l-​għadu tagħna

4. Għala m’għandniex għalfejn nitwerwru mix-​Xitan?

4 L-​appostlu Pietru jiddeskrivi lil Satana x-​Xitan bħala “ljun jgħajjat,” u Ġwanni jsejjaħlu “serp” u “dragun.” (1 Pietru 5:8; Rivelazzjoni 12:9) Imma m’għandniex għalfejn nitwerwru mix-​Xitan. Il-​qawwa li għandu hi limitata. (Aqra Ġakbu 4:7.) Aħna għandna l-​protezzjoni taʼ Ġeħova, Ġesù, u l-​anġli leali. Bl-​għajnuna tagħhom, aħna nistgħu nibqgħu sodi kontra l-​għadu tagħna. Xorta waħda, hemm bżonn inkunu nafu t-​tweġibiet għal tliet mistoqsijiet importanti: Kemm hi b’saħħitha l-​influwenza li Satana għandu? Kif jipprova jinfluwenza lil oħrajn? U x’inhuma l-​affarijiet li ma jistax jagħmel? Ejja nwieġbu dawn il-​mistoqsijiet u naraw x’nistgħu nitgħallmu.

KEMM HI B’SAĦĦITHA L-​INFLUWENZA LI SATANA GĦANDU?

5, 6. Il-​gvernijiet umani għala mhumiex kapaċi jġibu l-​bidliet li n-​nies għandhom bżonn l-​iktar?

5 Ħafna anġli ngħaqdu maʼ Satana f’li jirribellaw kontra Alla. Qabel id-​Dulluvju, Satana rnexxielu jħajjar minn tal-​inqas lil ftit minnhom biex ikollhom x’jaqsmu sesswalment man-​nisa. Fil-​fatt, il-​Bibbja b’mod simboliku tgħinna nifhmu dan billi tgħid li d-​dragun “kaxkar terz mill-​kwiekeb tas-​sema u waddabhom ’l isfel lejn l-​art.” (Ġenesi 6:1-4; Ġuda 6; Rivelazzjoni 12:3, 4) Meta dawn l-​anġli telqu l-​familja t’Alla, huma poġġew lilhom infushom taħt il-​kontroll taʼ Satana. Qatt m’għandna naħsbu li dawn l-​anġli ribellużi huma grupp diżorganizzat. Satana waqqaf is-​saltna inviżibbli tiegħu, li tixbah lis-​Saltna t’Alla. Hu għamel lilu nnifsu sultan, u organizza lid-​demonji, tahom il-​qawwa, u għamilhom mexxejja tad-​dinja.—Efesin 6:12.

6 Satana juża l-​organizzazzjoni tiegħu biex jikkontrolla l-​gvernijiet umani kollha. Nistgħu nkunu ċerti minn dan għax hu wera lil Ġesù “s-​saltniet kollha taʼ l-​art abitata,” u qal: “Nagħtik l-​awtorità fuq dawn kollha, u l-​glorja tagħhom, għax ngħatat lili, u jien nagħtiha lil min irrid.” (Luqa 4:5, 6) Minkejja  l-​influwenza mill-​agħar taʼ Satana, ħafna gvernijiet jagħmlu affarijiet tajbin għaċ-​ċittadini tagħhom, u wħud mill-​mexxejja b’mod sinċier jixtiequ jgħinu lin-​nies. Imma l-​ebda mexxej uman mhu kapaċi jġib il-​bidliet li għandna bżonn l-​iktar.—Salm 146:3, 4; Rivelazzjoni 12:12.

7. Apparti li juża l-​gvernijiet, Satana kif juża r-​reliġjon falza u d-​dinja kummerċjali? (Ara l-​ewwel stampa.)

7 Satana u d-​demonji jużaw ukoll ir-​reliġjon falza u d-​dinja kummerċjali biex iqarrqu “bl-​art abitata kollha,” jew bin-​nies kollha. (Rivelazzjoni 12:9) Satana juża r-​reliġjon falza biex ixerred il-​gideb kontra Ġeħova, u anki pprova jaħbi l-​isem t’Alla. (Ġeremija 23:26, 27) Minħabba dan, xi nies sinċieri li mingħalihom qed iqimu lil Alla fir-​realtà qed iqimu lid-​demonji. (1 Korintin 10:20; 2 Korintin 11:13-15) Satana juża d-​dinja kummerċjali biex ixerred il-​gideb, bħall-​gidba li l-​flus u l-​affarijiet jagħmlu n-​nies kuntenti. (Proverbji 18:11) Dawk li jemmnu din il-​gidba jqattgħu ħajjithom jaqdu lill-​“flus” minflok lil Alla. (Mattew 6:24) Anki jekk xi darba kienu jħobbu lil Alla, l-​imħabba għall-​affarijiet materjali tant issir qawwija li l-​imħabba tagħhom għal Alla tispiċċa.—Mattew 13:22; 1 Ġwanni 2:15, 16.

Għandna nagħżlu jekk hux se nkunu fuq in-​naħa taʼ Ġeħova jew fuq in-​naħa taʼ Satana

8, 9. (a) Liema żewġ lezzjonijiet importanti nistgħu nitgħallmu mill-​azzjonijiet taʼ Adam, Eva, u l-​anġli ribellużi? (b) Għala huwa tajjeb għalina li nafu li Satana jikkontrolla d-​dinja?

8 Hemm żewġ lezzjonijiet importanti li aħna nistgħu nitgħallmu mill-​azzjonijiet taʼ Adam, Eva, u l-​anġli ribellużi. L-​ewwel, nitgħallmu li hemm biss żewġ naħat u li aħna għandna nagħżlu waħda. Nistgħu nkunu jew fuq in-​naħa taʼ Ġeħova jew fuq in-​naħa taʼ Satana. (Mattew 7:13) It-​tieni, nitgħallmu li dawk li jingħaqdu maʼ Satana jirċievu ftit benefiċċji biss. Adam u Eva kellhom iċ-​ċans li jiddeċiedu għalihom infushom x’kien tajjeb u x’kien ħażin. U d-​demonji għandhom ċerta qawwa fuq il-​gvernijiet umani. (Ġenesi 3:22) Imma meta nagħżlu n-​naħa taʼ Satana dejjem se jkun hemm riżultati ħżiena. M’hemm l-​ebda benefiċċju veru!—Ġob 21:7-17; Galatin 6:7, 8.

9 Għala huwa tajjeb għalina li nafu li Satana jikkontrolla d-​dinja? Għax dan jgħinna jkollna l-​ħarsa t-​tajba lejn il-​gvernijiet u se jimmotivana nippritkaw l-​aħbar tajba. Aħna nafu li Ġeħova jridna nirrispettaw il-​gvernijiet. (1 Pietru 2:17) Hu jistenna minna li nobdu l-​liġijiet tagħhom sakemm dawn ma jmorrux kontra l-​prinċipji tiegħu. (Rumani 13:1-4) Imma aħna nafu wkoll li għandna nibqgħu newtrali u qatt ma nippreferu lil xi partit politiku jew mexxej uman minn ieħor. (Ġwanni 17:15, 16; 18:36) Peress li nafu li Satana qed jipprova jaħbi l-​isem taʼ Ġeħova u jħammeġ ir-​reputazzjoni Tiegħu, aħna nagħmlu dak kollu li nistgħu biex ngħallmu lin-​nies il-​verità dwar Alla. Aħna kburin li nissejħu  b’ismu u nużawh. L-​imħabba li għandna għal Alla hi bil-​wisq iktar prezzjuża mill-​imħabba għall-​flus jew għall-​affarijiet.—Isaija 43:10; 1 Timotju 6:6-​10.

SATANA KIF JIPPROVA JINFLUWENZA LIL OĦRAJN?

10-12. (a) Satana kif setaʼ uża lixka biex iħajjar lil xi anġli? (b) X’nitgħallmu minn dak li għamlu dawk l-​anġli?

10 Satana juża metodi effettivi biex jinfluwenza lil oħrajn. Biex iġibhom fejn irid hu, xi drabi juża lixka li tħajjarhom u drabi oħra jipprova jagħmilha tal-​bully magħhom.

11 Satana uża lixka biex iħajjar lil numru kbir taʼ anġli. Hu probabbilment qagħad jistudjahom għal żmien twil biex ikun jaf x’jistaʼ jħajjarhom. Xi anġli tħajru b’din il-​lixka u kellhom x’jaqsmu sesswalment man-​nisa. It-​tfal tagħhom kienu ġganti vjolenti li kienu jieħdu pjaċir iweġġgħu lin-​nies taʼ madwarhom. (Ġenesi 6:1-4) Minbarra li uża l-​immoralità biex iħajjar lil dawk l-​anġli, Satana jaf wegħedhom ukoll li huma kien se jkollhom qawwa fuq il-​bnedmin kollha. B’dan il-​mod, Satana għandu mnejn li kien qed jipprova jfixkel it-​twettiq tal-​profezija taʼ Ġeħova dwar ‘in-​nisel tal-​mara.’ (Ġenesi 3:15) Imma Ġeħova ma ħalliehx jagħmel dan. Hu ġab id-​Dulluvju, li bih qered kull pjan li kellhom Satana u d-​demonji.

Satana jipprova jħajjarna bl-immoralità, bil-kburija, u bis-sopranaturali (Ara paragrafi 12, 13)

12 Aħna x’nitgħallmu minn dan? Li l-​immoralità u l-​kburija huma tipi taʼ lixka effettivi ħafna. L-​anġli li ngħaqdu maʼ Satana kien ilhom is-​snin fis-​sema m’Alla nnifsu! Minkejja dan, ħafna minnhom ħallew xewqat ħżiena jiżviluppaw fihom, u dawn ix-​xewqat saru qawwijin ħafna. Aħna għandna dejjem niftakru li ilna kemm ilna naqdu lil Ġeħova, xewqat ħżiena xorta jistgħu jrabbu l-​għeruq f’qalbna. (1 Korintin 10:12) Hu għalhekk li għandna kontinwament niċċekkjaw x’hemm f’qalbna u neħilsu minn kull ħsieb immorali u kburija egoistika!—Galatin 5:26; aqra Kolossin 3:5.

13. X’tip taʼ lixka oħra qed juża Satana, u kif nistgħu nevitawha?

13 Tip taʼ lixka oħra li Satana juża hi  l-​kurżità dwar is-​sopranaturali, bħal qawwa maġika, li titkellem mal-​mejtin, affarijiet li għandhom x’jaqsmu mad-​demonji, u ħażen ieħor. Illum, hu jipprova jħajjar lin-​nies biex jinteressaw ruħhom fid-​demonji billi juża r-​reliġjon falza kif ukoll id-​divertiment. Films, logħob elettroniku, u tipi oħra taʼ divertiment jistgħu jagħmlu l-​affarijiet sopranaturali jidhru eċċitanti. Kif nistgħu nevitaw din il-​lixka? M’għandniex nistennew li l-​organizzazzjoni t’Alla tagħtina lista taʼ divertiment li hu tajjeb u li hu ħażin. Aħna għandna nħarrġu l-​kuxjenza tagħna biex inkunu nistgħu nagħmlu l-​għażla t-​tajba fi qbil mal-​prinċipji taʼ Ġeħova. (Ebrej 5:14) U jekk l-​imħabba tagħna għal Alla tkun “mingħajr ipokrisija,” aħna se nagħżlu bil-​għaqal. (Rumani 12:9) Persuna ipokrita tgħid mod u tagħmel ieħor. Allura meta niġu biex nagħżlu d-​divertiment, nistgħu nistaqsu lilna nfusna: ‘Qiegħed jien nimxi mal-​istess prinċipji li ngħid dwarhom lil oħrajn? X’jgħidu l-​istudenti tal-​Bibbja tiegħi jew oħrajn li nitkellem magħhom dwar id-​divertiment li nagħżel?’ Meta aħna stess nimxu mal-​prinċipji li dwarhom ngħidu lil oħrajn, dan se jagħmilha eħfef għalina biex nirrifjutaw il-​lixka taʼ Satana.—1 Ġwanni 3:18.

Satana jipprova jagħmilha tal-bully magħna billi jġiegħel il-gvernijiet jwaqqfuna milli nippritkaw, juża pressjoni minn sħabna tal-iskola, u oppożizzjoni mill-familja (Ara paragrafu 14)

14. Satana kif jistaʼ jipprova jagħmilha tal-​bully magħna, u kif nistgħu nibqgħu sodi?

14 Satana jipprova wkoll jagħmilha tal-​bully u jbeżżagħna biex ma nibqgħux leali lejn Ġeħova. Pereżempju, jistaʼ jinfluwenza lill-​gvernijiet biex iwaqqfu x-​xogħol tal-​ippritkar tagħna. Hu jistaʼ jinfluwenza lil sħabna tax-​xogħol jew tal-​iskola biex iwaqqgħuna għaċ-​ċajt għax nimxu mal-​prinċipji tal-​Bibbja. (1 Pietru 4:4) Satana jistaʼ anki jinfluwenza lill-​membri tal-​familja li ma jemmnux bħalna. Dawn jistaʼ jkollhom intenzjonijiet tajba imma forsi jipprovaw iwaqqfuna milli mmorru l-​laqgħat. (Mattew 10:36) X’nistgħu nagħmlu biex nibqgħu sodi kontra l-​bullying taʼ Satana? Aħna m’għandniex inkunu sorpriżi b’dawn l-​attakki, għax nafu li Satana qiegħed fi gwerra kontrina. (Rivelazzjoni 2:10; 12:17) Ukoll, għandna niftakru  x’inhi l-​kwistjoni vera wara dan kollu: Satana jgħid li aħna naqdu lil Ġeħova biss meta jkun faċli u li aħna nieqfu naqduh jekk isir diffiċli. (Ġob 1:9-11; 2:4, 5) Fl-​aħħar, għandna dejjem nitolbu lil Ġeħova biex jagħtina s-​saħħa. U niftakru li hu qatt mhu se jabbandunana.—Ebrej 13:5.

X’MA JISTAX JAGĦMEL SATANA

15. Jistaʼ Satana jisforzana nagħmlu xi ħaġa li ma rridux nagħmlu? Spjega.

15 Satana ma jistax jisforza lin-​nies jagħmlu xi ħaġa li ma jridux jagħmlu. (Ġakbu 1:14) Ħafna fid-​dinja lanqas biss jirrealizzaw li qegħdin man-​naħa taʼ Satana. Imma meta persuna titgħallem il-​verità, hu għandu jagħżel jekk hux se jkun fuq in-​naħa taʼ Ġeħova jew fuq in-​naħa taʼ Satana. (Atti 3:17; 17:30) Jekk aħna determinati li nobdu lil Alla, Satana ma jistax ikisser il-​lealtà tagħna.—Ġob 2:3; 27:5.

16, 17. (a) X’hemm iżjed li Satana u d-​demonji mhumiex kapaċi jagħmlu? (b) Għala m’għandniex għalfejn nibżgħu nitolbu b’leħen għoli lil Ġeħova?

16 Hemm affarijiet oħra li Satana u d-​demonji ma jistgħux jagħmlu. Pereżempju, il-​Bibbja qatt ma tgħid li huma jistgħu jkunu jafu x’hemm f’moħħna jew f’qalbna. Ġeħova u Ġesù biss jistgħu jagħmlu dan. (1 Samwel 16:7; Marku 2:8) Allura, għandna aħna nibżgħu nitkellmu jew nitolbu b’leħen għoli, għax naħsbu li x-​Xitan u d-​demonji jisimgħuna u jużaw dik l-​informazzjoni kontrina? Le! Għala le? Ejja nġibu eżempju: Aħna ma nibżgħux nagħmlu affarijiet tajbin fis-​servizz tagħna lil Ġeħova għax nibżgħu li x-​Xitan forsi jarana. Bl-​istess mod, aħna m’għandniex nibżgħu nitolbu b’leħen għoli sempliċiment għax ix-​Xitan forsi jismagħna. Ukoll, il-​Bibbja ħafna drabi tgħid li l-​qaddejja t’Alla talbu b’leħen għoli, u qatt ma qrajna li huma beżgħu li x-​Xitan kien se jismagħhom. (1 Slaten 8:22, 23; Ġwanni 11:41, 42; Atti 4:23, 24) Jekk nagħmlu l-​aħjar li nistgħu biex nitkellmu u naġixxu kif jixtieq Alla minna, nistgħu nkunu ċerti li Ġeħova qatt mhu se jħalli lix-​Xitan jagħmlilna xi tip taʼ ħsara permanenti.—Aqra Salm 34:7.

17 Hemm bżonn li nkunu nafu l-​għadu tagħna, imma m’għandniex għalfejn nitwerwru minnu. Għalkemm imperfetti, bl-​għajnuna taʼ Ġeħova aħna nistgħu nirbħu lil Satana! (1 Ġwanni 2:14) Jekk nopponuh, hu se jaħrab minna. (Ġakbu 4:7; 1 Pietru 5:9) Illum, jidher li ż-​żgħażagħ huma l-​mira prinċipali taʼ Satana. Kif jistgħu huma jibqgħu sodi kontra l-​attakki tax-​Xitan? Se niddiskutu dan fl-​artiklu li jmiss.

^ par. 2 Il-​Bibbja ssemmi l-​ismijiet personali taʼ xi anġli. (Imħallfin 13:18; Danjel 8:16; Luqa 1:19; Rivelazzjoni 12:7) Tgħid ukoll li Ġeħova ta isem lil kull kewkba. (Salm 147:4) Għalhekk jagħmel sens li naħsbu li Ġeħova wkoll ta ismijiet lill-​anġli kollha, inkluż lill-​wieħed li iktar tard sar Satana.

^ par. 3 It-​titlu “Satana” jinsab 18-​il darba biss fl-​Iskrittura Ebrajka imma iktar minn 30 darba fl-​Iskrittura Griega Kristjana.