Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 SUĠĠETT PRINĊIPALI | HEMM TAMA GĦAL DIN ID-DINJA?

Hemm tama għal din id-dinja jew le?

Hemm tama għal din id-dinja jew le?

IS-​SENA 2017 bdiet bi stqarrija taʼ swied il-​qalb mix-​xjentisti. F’Jannar, grupp taʼ xjentisti ddikjaraw li d-​dinja resqet eqreb lejn l-​agħar katastrofi li qatt jistaʼ jkun hawn. Billi użaw l-​arloġġ simboliku taʼ jum il-​qerda (id-​Doomsday Clock), ix-​xjentisti taw stampa taʼ kemm id-​dinja hi qrib taʼ diżastru globali billi mexxew il-​minutiera bi 30 sekonda ’l quddiem. Dan l-​arloġġ jonqsu żewġ minuti u nofs biss għal nofsillejl. Il-​katastrofi globali qatt ma kienet daqshekk viċin f’dawn l-​aħħar 60 sena!

Ix-​xjentisti qed jippjanaw li fl-​2018 jerġgħu jikkunsidraw kemm aħna qrib taʼ tmiem id-​dinja. Dan id-​Doomsday Clock, se jibqaʼ juri li dalwaqt ġejja katastrofi li qatt ma kien hawn bħalha? Int x’taħseb? Hemm tama għal din id-​dinja? Forsi ssibha diffiċli biex twieġeb. Wara kollox, lanqas l-​esperti ma jaqblu bejniethom fuq dan is-​suġġett. Mhux kulħadd jemmen li żgur ġejja qerda.

Fil-​fatt, miljuni taʼ nies jemmnu li se jkun hemm futur mill-​isbaħ. Huma jsostnu li għandhom evidenza li turi li l-​bniedem u l-​pjaneta tagħna se jibqgħu jeżistu għal dejjem u li l-​kwalità taʼ ħajjitna se titjieb. Huwa taʼ min joqgħod fuqha din l-​evidenza? Hemm tama għal din id-​dinja jew le?