Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Djar qishom tined li jsejħulhom yurts fil-Wied taʼ Tash Rabat

 PAJJIŻI U POPLI | KIRGIŻISTAN

Żjara fil-Kirgiżistan

Żjara fil-Kirgiżistan

IL-Kirgiżistan qiegħed fl-Asja Ċentrali u jinsab imdawwar bi qċaċet għoljin miksijin silġ. Hu jmiss mal-Każakistan, l-Użbekistan, it-Taġikistan, u ċ-Ċina. Kważi 90 fil-mija tal-pajjiż hu muntanji. Il-Kirgiżistan għandu l-ogħla quċċata mill-muntanji Tian Shan, li qiegħda 7,439 metru ʼl fuq mil-livell tal-baħar. Il-foresti jieħdu madwar erbgħa fil-mija mill-medda tal-art tal-pajjiż. Għalhekk hu taʼ min jinnota li waħda mill-ikbar foresti tal-ġewż fid-dinja li jikbru b’mod naturali tinsab fil-Kirgiżistan.

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova qed jgħallmu l-Bibbja lil eluf taʼ nies fil-Kirgiżistan

L-ospitalità u r-rispett huma karatteristiki magħrufin sew tal-Kirgiżistani. Fil-Kirgiżistan tkun ħaġa xierqa li tuża l-forma pulita taʼ “int” meta tkellem lil xi ħadd ikbar minnek u toffrilu jpoġġi minflokok fuq it-trasport pubbliku u meta toffrilu l-iżjed post onorabbli mal-mejda.

Spiss il-familji jkollhom tlett itfal jew iżjed. L-iżgħar wieħed normalment joqgħod mal-ġenituri tiegħu, anki wara ż-żwieġ, u jieħu ħsiebhom matul xjuħithom kollha.

 Minn mindu jkunu żgħar, il-bniet jiġu mgħallmin is-snajjaʼ prattiċi meħtieġa biex ikunu nisa tad-dar tajbin. Sakemm ikollhom xi 16-il sena jkunu kapaċi jieħdu ħsieb il-familja għalkollox. Ġeneralment tiġi ppreparata dota għall-għarusa. Din tistaʼ tinkludi lożor u kutri taʼ kull tip, varjetà taʼ ħwejjeġ, u tapit magħmul bl-idejn. L-għarus iħallas il-prezz tal-għarusa bi flus u annimali.

Matul iċ-ċelebrazzjonijiet u l-funerali, tinqatel nagħġa jew żiemel. L-annimal jiġi maqsum f’partijiet, u kull parti tiġi speċjalment magħżula għal persuna speċifika. Skont l-età u l-livell soċjali tal-mistidnin, kull wieħed jingħata l-porzjon tiegħu; għal darb’oħra r-rispett hu l-iktar ħaġa importanti f’din it-tradizzjoni. Imbagħad il-platt nazzjonali, beshbarmak, jiġi servut. Dan jittiekel bl-idejn.

il-Komuz hu strument mużikali populari