Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 SUĠĠETT PRINĊIPALI | JINGĦELEB L-OSTAKLU TAL-LINGWA

Jegħlbu ostaklu tal-qedem

Jegħlbu ostaklu tal-qedem

IL-VARJETÀ u l-kwantità kbira tal-lingwi tad-dinja—xi 7,000 fil-preżent—jistgħu jikkomplikaw l-ivvjaġġar, in-negozju, l-edukazzjoni, u t-tmexxija mill-gvernijiet. Dan kien hekk sa mill-qedem. Pereżempju, madwar is-sena 475 QK, taħt it-tmexxija tas-Sultan Aħasweru (x’aktarx Serse I), il-Persjani wasslu digrieti uffiċjali fit-territorju, “mill-Indja sa l-Etjopja, mija u sebgħa u għoxrin provinċja, lil kull provinċja skond il-kitba tagħha u lil kull poplu bl-ilsien tiegħu.” *

Illum, il-biċċa l-kbira tal-organizzazzjonijiet—anki gvernijiet—lanqas jipprovaw jagħmlu biċċa xogħol diffiċli bħal din. Madankollu, hemm organizzazzjoni waħda li għamlet dan b’suċċess. Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jippubblikaw rivisti, produzzjonijiet bl-awdjo u bil-vidjow, u ħafna kotba—inkluż il-Bibbja—b’total taʼ iżjed minn 750 lingwa. Dan jinkludi xi 80 lingwa tas-sinjali. Ix-Xhieda wkoll jippubblikaw diversi verżjonijiet taʼ Braille għall-għomja.

Iktar minn hekk, ix-Xhieda taʼ Ġeħova ma jagħmlux qligħ finanzjarju mill-isforzi tagħhom. Fil-fatt, it-tradutturi tagħhom u ħaddiema oħrajn huma kollha volontieri. Għala jagħmlu daqshekk sforz biex jittraduċu f’tant lingwi, u kif jagħmlu dan?

^ par. 3 Ara Ester 8:9 fil-Bibbja.