Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 L-1 LEZZJONI

Il-benefiċċji taʼ li jikkontrollaw lilhom infushom

Il-benefiċċji taʼ li jikkontrollaw lilhom infushom

X’JINVOLVI LI TIKKONTROLLA LILEK INNIFSEK?

Li tikkontrolla lilek innifsek jinvolvi l-​abbiltà li

  • tkun kapaċi tistenna biex taqtaʼ x-​xewqat tiegħek

  • iżżomm lura milli tgħid jew tagħmel xi ħaġa mingħajr ma taħsibha

  • tlesti xi ħaġa li għandek bżonn tagħmel anki jekk tiddejjaq tagħmilha

  • tpoġġi lil oħrajn qabel lilek innifsek

GĦALA HU IMPORTANTI LI T-​TFAL JIKKONTROLLAW LILHOM INFUSHOM?

Tfal li kapaċi jikkontrollaw iktar lilhom infushom jistgħu jirreżistu t-​tentazzjoni, anki jekk tkun xi ħaġa li tidher li se jieħdu pjaċir jagħmluha. Għall-​kuntrarju, tfal li ma tantx huma kapaċi jikkontrollaw lilhom infushom għandhom iktar ċans li

  • ikunu aggressivi

  • ibatu minn dipressjoni

  • ipejpu jew jabbużaw mill-​alkoħol jew drogi

  • jagħmlu għażliet ħżiena fejn jidħol l-​ikel

Skont studju wieħed, dawk li kienu kapaċi jikkontrollaw iktar lilhom infushom meta kienu tfal, iktar tard f’ħajjithom kellhom inqas problemi taʼ saħħa u taʼ flus u kienu jobdu l-​liġi iktar. Wara dan l-​istudju, il-​Professur Angela Duckworth tal-​Università taʼ Pennsylvania kkonkludiet: “Dejjem hu taʼ ġid li tikkontrolla lilek innifsek.”

KIF TGĦALLIMHOM JIKKONTROLLAW LILHOM INFUSHOM

Tgħallem għid le u żomm kelmtek.

PRINĊIPJU TAL-​BIBBJA: “Il-​kelma tagħkom Iva ħa tfisser Iva, u l-​Le, Le.”—Mattew 5:37.

It-​tfal żgħar jistgħu jipprovaw jaraw kemm il-​ġenitur ħa jżomm kelmtu billi jagħmlu xi xenata bil-​biki u t-​twerżiq, forsi anke fil-​pubbliku. Jekk il-​ġenitur iċedi, it-​tfal jitgħallmu li meta jaġixxu b’dan il-​mod, il-​le se tinbidel f’iva.

Mill-​banda l-​oħra, jekk il-​ġenitur jgħid le u jżomm kelmtu, it-​tifel jitgħallem fatt bażiku tal-​ħajja, li aħna mhux dejjem nistgħu nieħdu dak li rridu. “Ironikament, nies li jitgħallmu din il-​lezzjoni jidhru li huma l-​iktar sodisfatti,” jikteb Dr. David Walsh. “Ma nkunux qed ngħinu lit-​tfal tagħna jekk ngħallmuhom li jistgħu jieħdu dak kollu li jridu.” *

 Li tgħid le issa lit-​tifel tiegħek se jgħinu biex ’il quddiem jgħid le lilu nnifsu—pereżempju, jekk jiġi ttantat jieħu d-​droga, jagħmel is-​sess qabel iż-​żwieġ, jew jagħmel kwalunkwe ħaġa li tistaʼ tkun taʼ periklu għalih u għal oħrajn.

Għin lit-​tfal tiegħek jifhmu li se jkun hemm konsegwenzi, kemm tajbin u anki ħżiena.

PRINĊIPJU TAL-​BIBBJA: “Dak li bniedem jiżraʼ, dak ukoll jaħsad.”—Galatin 6:7.

It-​tifel tiegħek għandu bżonn jifhem li għal kull azzjoni hemm il-​konsegwenzi, u li nuqqas taʼ kontroll se jirriżulta f’affarijiet mhux mixtiqin. Pereżempju, jekk ibnek taqbiżlu malajr, oħrajn jistgħu jibdew iwarrbuh. Imma jekk jiżviluppa l-​abbiltà li jikkontrolla lilu nnifsu meta jiġi provokat—jew li jistenna bil-​paċenzja minflok ma jinterrompi—in-​nies se jinġibdu lejh. Għin lit-​tifel tiegħek jifhem li ħajtu se tkun ħafna aħjar jekk jikkontrolla lilu nnifsu.

Għallem lit-​tifel tiegħek biex jagħmel prijoritajiet.

PRINĊIPJU TAL-​BIBBJA: ‘Aċċertaw ruħkom minn dak li hu iktar importanti.’—Filippin 1:10.

Li tikkontrolla lilek innifsek ma jfissirx biss li toqgħod attent biex ma tagħmilx xi ħaġa ħażina. Jinkludi wkoll li tagħmel dak li hu neċessarju, anke jekk dan ma jkunx xi ħaġa eċitanti jew li tieħu pjaċir tagħmlu. Hu importanti li t-​tifel tiegħek jitgħallem kif jistabbilixxi l-​prijoritajiet u jżomm magħhom. Kun ċert li t-​tifel jagħmel l-​affarijiet importanti l-​ewwel. Pereżempju, il-​homework għandu jiġi qabel ir-​rikreazzjoni.

Kun eżempju tajjeb.

PRINĊIPJU TAL-​BIBBJA: “Ħallejtilkom mudell sabiex, bħalma għamiltilkom jien, tagħmlu intom ukoll.”—Ġwanni 13:15.

It-​tifel tiegħek se jara kif taġixxi meta tiġri xi ħaġa li ddejqek. Bl-​eżempju tiegħek uri li meta tikkontrolla lilek innifsek se jkollok riżultati aħjar. Pereżempju, meta t-​tifel tiegħek jagħmel xi ħaġa ħażina, int tirreaġixxi bir-​rabja jew tibqaʼ kalm?

^ par. 20 Mill-​ktieb No: Why Kids—of All Ages—Need to Hear It and Ways Parents Can Say It.