Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Li titgħallem taħdem iebes hu bħal meta tagħmel l-eżerċizzju; se tibbenefika issa u fil-futur

 GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

11: Kun bieżel

11: Kun bieżel

DAN XI JFISSER

Nies beżlin ma jibżgħux mix-​xogħol. Minflok, huma jieħdu pjaċir jaħdmu iebes biex jipprovdu għal bżonnijiet tagħhom stess u biex jgħinu lil oħrajn—anki jekk ix-​xogħol li jagħmlu ma jkunx importanti f’għajnejn in-​nies.

GĦALA HU IMPORTANTI

Trid jew ma tridx, il-​ħajja mimlija responsabbiltajiet. F’dinja fejn ħafna ma jridux jaħdmu iebes, li tkun bieżel hu vantaġġ.—Ekkleżjasti 3:13.

“Tgħallimt li meta taħdem iebes, tħossok sodisfatt u kburi bik innifsek. Minħabba f’hekk, veru sirt inħobb ix-​xogħol. Li tkun iddedikat ħafna fix-​xogħol se jgħinek ukoll tibni reputazzjoni tajba.”—Reyon.

PRINĊIPJU BIBLIKU: “F’kull tip taʼ taħbit [jew, xogħol iebes] hemm vantaġġ.”—Proverbji 14:23.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL

Ibda ħares lejn ix-​xogħol b’mod pożittiv billi timxi mal-​passi li ġejjin.

Kun sodisfatt li tagħmel l-​affarijiet sew. Kemm jekk qed tagħmel il-​faċendi, il-​ħowmwerk, jew xogħol sekulari, intefaʼ b’ruħek u ġismek fih. Meta tidra tagħmel biċċa xogħol sew, ara kif tistaʼ tagħmilha aħjar jew iktar malajr. Iktar ma ssir tas-​sengħa, iktar se tieħu pjaċir taħdem.

PRINĊIPJU BIBLIKU: “Rajt lil xi ħadd tas-​sengħa f’xogħlu? Quddiem is-​slaten se joqgħod; ma joqgħodx quddiem nies komuni.”—Proverbji 22:29.

Ara l-​istampa kollha. Normalment, meta tieħu ħsieb ir-​responsabbiltajiet tiegħek sew, tgħin lil oħrajn. Pereżempju, meta int tkun bieżel fil-​faċendi, se tnaqqas il-​piż minn fuq tal-​familja.

PRINĊIPJU BIBLIKU: “Hemm iktar hena meta tagħti milli meta tirċievi.”—Atti 20:35.

Agħmel iktar milli tiġi mitlub. Minflok ma tagħmel l-​inqas li tistaʼ, ipprova agħmel iktar milli jgħidulek. B’dan il-​mod, ħajtek tkun taħt il-​kontroll tiegħek għax tkun qed tagħmel iktar għax trid int, u mhux għax tkun sforzat.—Mattew 5:41.

PRINĊIPJU BIBLIKU: “L-​att tajjeb tiegħek ma jkunx qisu taʼ bilfors imma jkun minn jeddek.”—Filemon 14.

Kun bilanċjat. Nies beżlin la huma għażżenin u lanqas skjavi tax-​xogħol. Huma jipprovaw ikunu bilanċjati, u jieħdu pjaċir kemm b’xogħol iebes u kemm bil-​mistrieħ.

PRINĊIPJU BIBLIKU: “Aħjar id mimlija bil-​mistrieħ milli tnejn mimlijin bix-​xogħol iebes u l-​ġiri wara r-​riħ.”—Ekkleżjasti 4:6.