Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 ĠIET DISINJATA?

L-istrateġija tal-inżul tan-naħla

L-istrateġija tal-inżul tan-naħla

IN-NAĦAL jistaʼ jinżel fuq xi ħaġa bla problema taʼ xejn tistaʼ tgħid minn kwalunkwe angolu. Kif jagħmel dan?

Ikkunsidra: Biex ikollha nżul tajjeb, in-naħla trid tnaqqas il-veloċità sakemm kważi ġġibha fix-xejn qabel ma tmiss fejn se tinżel. Mod loġiku kif dan jistaʼ jsir hu billi jiġu kkalkulati żewġ fatturi—il-veloċità tat-titjira u d-distanza—u mbagħad titnaqqas il-veloċità skont il-bżonn. Madankollu, dan il-metodu jkun diffiċli għall-maġġoranza tal-insetti għax għandhom għajnejhom viċin xulxin u ma jkunux jistgħu jiffokaw, u għalhekk ma jkunux jistgħu jkejlu direttament id-distanza.

Il-bnedmin jistgħu jaraw b’tali mod li jkunu kapaċi jikkalkulaw kemm ikunu ’l bogħod minn xi oġġett. Il-vista tan-naħal hija differenti ħafna. In-naħal donnu juża s-sempliċi fatt li hekk kif joqrob lejn oġġett, dan jidher akbar. Aktar ma joqrob lejn oġġett, aktar l-oġġett jidher li qed jikber malajr. Esperimenti li saru fl-Australian National University jindikaw li n-naħla tnaqqas il-veloċità tagħha sabiex ir-rata li oġġett jidher li jkun qed jikber tibqaʼ l-istess. Sakemm in-naħla tasal fejn trid tinżel, kważi tkun waqqfet il-veloċità tagħha. Dan jippermettilha li tinżel qawwija u sħiħa.

Il-ġurnal Proceedings of the National Academy of Sciences jirrapporta: “Is-sempliċità taʼ din l-istrateġija taʼ nżul . . . tagħmilha ideali biex tidħol fis-sistemi li jiggwidaw apparat robotiku li jtir.”

Int x’taħseb? L-istrateġija tal-inżul tan-naħla evolviet? Jew ġiet disinjata?