“L-eżorċiżmu u nies maħkumin mid-demonji qed jieħdu post il-vampiri, il-werewolves, u ż-zombies.”—The Wall Street Journal.

NIES b’poteri maġiċi taʼ kull età, sħaħar seduċenti, u vampiri attraenti—dawn huma biss ftit mill-karattri sopranaturali li saru komuni fl-industriji tal-kotba, il-films, u l-logħob elettroniku. X’inhu li jattira lil dak li jkun? *

“F’dawn l-aħħar snin, in-nies saru jemmnu ħafna aktar bl-iħirsa u l-fatati. Infatti, qabel kienu wieħed minn kull għaxar Amerikani u issa wieħed minn kull tlieta,” jikteb professur tas-soċjoloġija Claude Fischer. “Għal kull anzjan Amerikan hemm żewġ żgħażagħ Amerikani li jgħidu li jemmnu bl-iħirsa, li jemmnu li jeżistu djar fejn jidhru l-fatati, u li kkonsultaw maʼ wħud li jaqraw ix-xorti.”

Mhux taʼ b’xejn li stejjer dwar spirti mill-agħar li jgħixu fin-nies qed jerġgħu jieħdu spinta kbira. “Huwa grazzi għaż-żieda taʼ zombies, werewolves, u vampiri li kellna f’dawn l-aħħar snin li reġgħet qed tkun in voga li n-nies ikunu ppussessati mid-demonji,” jikteb Michael Calia fil-ġurnal The Wall Street Journal.

Rapport jgħid li “bejn 25 u 50 fil-mija tan-nies fid-dinja jemmnu bil-fantażmi, u l-fantażmi qed jispikkaw fil-letteratura taʼ ħafna kulturi.” U stħarriġ li sar fl-Istati Uniti mill-professuri tas-soċjoloġija Christopher Bader u Carson Mencken “wera li ammont xokkanti taʼ bejn 70 u 80 fil-mija tal-Amerikani huma konvinti li teżisti minn tal-inqas attività waħda paranormali.”

Li ninvolvu ruħna fl-ispiritiżmu u l-paranormali huwa sempliċiment divertiment li ma jagħmilx ħsara?

^ par. 4 Sopranaturali: Xi ħaġa li “ma tistax tiġi spjegata mix-xjenza jew mil-liġijiet tan-natura.”—Merriam-Webster’s Learner’s Dictionary.