Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Ġieli ħsibt dwar dan?

Ġieli ħsibt dwar dan?
  •  Jekk Alla jimpurtah minna, għala ppermetta li l-​ħażen u t-​tbatija jibqgħu għaddejjin għal daqshekk żmien?

  • Kif nistgħu nkunu ċerti li qed ngħixu fl-​aħħar jiem taʼ din id-​dinja?

  • Kif nafu li l-​wegħdi tal-​Bibbja dwar is-​Saltna t’Alla se jseħħu?

  • Tistaʼ l-​Bibbja tgħinna nagħmlu deċiżjonijiet għaqlin f’ħajjitna issa?

Peress li l-​Ħallieq tagħna jħobbna, hu pprovdielna t-​tweġibiet għal dawn il-​mistoqsijiet u ħafna iktar. Bħala għajnuna biex issib it-​tweġibiet, mur fuq il-​websajt tagħna, www.jw.org, li hi ddisinjata biex tgħin lin-​nies jitgħallmu dwar il-​Bibbja.

Fuq din il-​websajt se ssib attivitajiet, artikli, rekordings bl-​awdjo, vidjows, intervisti, u varjetà kbira taʼ pubblikazzjonijiet, inkluż il-​Bibbja. Kollha huma bla ħlas u m’intix obbligat li tibda studju tal-​Bibbja jew issir wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.