Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 ĠEW DISINJATI?

Mikro-organiżmi li jġibu ż-żejt fix-xejn

Mikro-organiżmi li jġibu ż-żejt fix-xejn

FL-2010, ħarġu kważi 800 miljun litru żejt mhux maħdum minn rig taż-żejt wara li sploda u għereq fil-Golf tal-Messiku. Imma fi ftit xhur, ħafna mit-tinġis sparixxa. Dan kif kien possibbli?

Ikkunsidra: Riċerka xjentifika wriet li varjetà kbira taʼ batterji tal-baħar jistgħu jġibu fix-xejn il-molekuli tal-karbonju preżenti fiż-żejt. Il-Professur Terry Hazen, mikro-bijologu tal-ambjent, iddeskriva dawn l-organiżmi “bħala missili li jattakkaw iż-żejt.” Organiżmi bħal dawn għandhom jingħataw parti mill-krettu għal dak li ġara fil-Golf tal-Messiku, kif inhu deskritt fil-bidu taʼ dan l-artiklu.

“F’ċertu sens, mhux sorpriża li l-ibħra jospitaw mikrobi li huma mġewħin għaż-żejt,” jgħid rapport tal-BBC dwar is-suġġett. Wara kollox, “żejt li jnixxi b’mod naturali minn qiegħ l-oċeani ilu joħroġ fl-ilmijiet tad-dinja” għal snin bla għadd.

Hu minnu li l-sforzi tal-bniedem biex inaddaf it-tixrid taż-żejt huma produttivi. Madankollu, l-aqwa sforz tal-bniedem biex inaddaf it-tixrid taż-żejt jistaʼ jagħmel iżjed ħsara milli ġid. Kimiki li jiddiżintegraw iż-żejt magħmulin mill-bniedem ifixklu l-proċessi naturali li jġibu ż-żejt fix-xejn. Iżjed minn hekk, kimiki bħal dawn huma tossiċi u għandhom effetti fit-tul fuq l-ambjent. Imma l-kapaċità li għandha n-natura biex tiddikomponi ż-żejt, inkluż il-mikrobi li huma mġewħin għaż-żejt, tippermetti lill-baħar jibda proċess li jnaddaf lilu nnifsu mingħajr l-effetti negattivi tal-metodi artifiċjali. *

Int x’taħseb? L-abbiltà taʼ dawn il-mikro-organiżmi tal-baħar li jġibu ż-żejt fix-xejn ġiet b’kumbinazzjoni? Jew ġiet disinjata?

^ par. 6 Għadu kmieni wisq biex inkunu nafu l-effetti fit-tul li jistaʼ jħalli l-inċident fil-Golf tal-Messiku fuq il-ħlejjaq tal-baħar.