META kont iżgħar, x’kienu l-miri li kellek f’ħajtek? Forsi ridt tiżżewweġ, tipperfezzjona ċerta sengħa, jew taqbad karriera eċċitanti. Imma l-ħajja mhux dejjem tispiċċa kif inkunu ppjanajna. Sfidi mhux mistennijin jistgħu jbiddlulek il-pjanijiet kompletament. Dan ġara lil Anja, Delina, u lil Gregory.

  • Anja, fil-Ġermanja, instabilha l-kanċer taʼ 21 sena, u issa ftit li xejn tistaʼ toħroġ mid-dar.

  • Delina, fl-Istati Uniti, tbati b’marda newromuskolari msejħa distonja. Barra minn hekk, tieħu ħsieb it-tliet ħutha li huma diżabilitati.

  • Gregory, fil-Kanada, ikampa b’diżabilità t’ansjetà li tirrovinalu saħħtu.

Minkejja ċ-ċirkustanzi tagħhom, Anja, Delina, u Gregory rnexxielhom jieħdu kontroll fuq ħajjithom. Kif?

Proverbju Bibliku jgħid: “Skuraġġejt ruħek fi żmien l-hemm? Ma tantx se jkollok qawwa.” (Proverbji 24:10) It-tagħlima hi ċara: L-attitudni li jkollok tagħmel differenza. Nies li jagħtu l-wisaʼ biex ikunu negattivi jitilqu l-ftit kontroll li jkun għad għandhom, filwaqt li dawk li jkollhom ħarsa pożittiva spiss ikun eħfef għalihom li jieħdu deċiżjonijiet tajbin u jsibu ċerta kuntentizza minkejja s-sitwazzjoni tagħhom.

Ikkunsidra kif dan kien minnu għal Anja, Delina, u Gregory.