Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 SUĠĠETT PRINĊIPALI | IL-BIBBJA GĦADHA TGĦODD GĦAL ŻMIENNA?

Valuri li dejjem japplikaw għal kulħadd—L-imħabba

Valuri li dejjem japplikaw għal kulħadd—L-imħabba

PRINĊIPJU BIBLIKU: “Ilbsu l-imħabba, għax hi rabta perfetta li tgħaqqad.”Kolossin 3:14.

IL-BENEFIĊĊJI: L-imħabba li l-iktar tissemma fil-Bibbja mhijiex dik romantika jew sesswali. Pjuttost hi mħabba bi prinċipju li tingħaraf minn kwalitajiet bħalma huma l-mogħdrija, il-maħfra, l-umiltà, il-lealtà, il-qalb tajba, il-ħlewwa, u l-paċenzja. (Mikea 6:8; Kolossin 3:12, 13) Għall-kuntrarju taʼ infatwazzjoni romantika li s-soltu tidbiel maż-żmien, l-imħabba tistaʼ tibqaʼ tikber għal dejjem.

Brenda, li ilha miżżewġa għal kważi 30 sena, tgħid: “L-imħabba taʼ bejn il-miżżewġin friski ma titqabbilx mal-imħabba li jkollok iktar ma jgħaddi ż-żmien minn fuq iż-żwieġ.”

Sam, raġel li ilu miżżewweġ ’il fuq minn 12-il sena, innota: “Jien u marti dejjem ħadna pjaċir u anki bqajna sorpriżi b’kemm huma effettivi l-pariri tal-Bibbja, u kemm huma sempliċi! Tapplikahom u l-affarijiet jimxu ħarir. Madankollu, għalkemm nixtieq ngħid li dejjem napplikahom, kultant m’għamiltx hekk, bħal meta kont inħossni sensittiv iżżejjed, xi naqra egoist, jew għajjien. F’mumenti bħal dawn, nitlob lil Ġeħova jgħinni nwarrab kwalunkwe sentiment negattiv. Imbagħad ngħannaq waħda lil marti, u f’kemm ili ngħidlek, ikun qisu qatt ma ġara xejn!”

“L-għerf jintwera li hu sewwa minn għemilu”

Ġesù Kristu qal li “l-għerf jintwera li hu sewwa minn għemilu.” (Mattew 11:19) Fid-dawl taʼ din il-verità, il-Bibbja turi li għandha għerf ġenwin. It-tagħlim u l-prinċipji tagħha jaħdmu. Mhumiex effettwati miż-żmien. Jisbqu kulturi u nazzjonalitajiet. U tant jirriflettu dehen profond fin-natura umana li jippontaw lejn Sors ogħla—il-Ħallieq tagħna, Alla Ġeħova. Bla dubju, tkun tistaʼ tara jekk jaħdmux billi tapplikahom. Għalhekk, il-Bibbja tħeġġiġna biex ‘induqu u naraw li Ġeħova hu tajjeb.’ (Salm 34:8) Se taċċettaha int din l-istedina?