Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 SUĠĠETT PRINĊIPALI | IL-BIBBJA GĦADHA TGĦODD GĦAL ŻMIENNA?

Valuri li dejjem japplikaw għal kulħadd—Il-fedeltà

Valuri li dejjem japplikaw għal kulħadd—Il-fedeltà

PRINĊIPJU BIBLIKU: “Ħa jkun iż-żwieġ onorabbli għal kulħadd, u ħa tkun is-sodda taż-żwieġ bla tinġis.”Ebrej 13:4.

IL-BENEFIĊĊJI: Xi nies jikkunsidrawh antikwat dan il-kliem. Imma żgarralhom—żgarralhom bl-ikrah! Iż-żlealtà tweġġaʼ llum daqskemm kienet meta nkitbet il-Bibbja.—Proverbji 6:34, 35.

Joseph, li hu kemm raġel miżżewweġ kif ukoll missier, kiteb: “Il-lealtà fiż-żwieġ ikkontribwiet bil-kbir għar-relazzjoni b’saħħitha li għandi maʼ marti u għall-ferħ li għandna. Tabilħaqq, il-fiduċja hi importanti ħafna fiż-żwieġ. L-infedeltà teqred il-fiduċja”—biex ma nsemmux l-effetti futuri fuq it-tfal!

Ligaya poġġiet iż-żwieġ tagħha f’periklu. “Bdejt nagħmilha maʼ nies ħżiena,” tgħid hi. “Dan wassalni għax-xalar bla kontroll billejl u li naqlibha lil żewġi.” Ġabilha ferħ dan l-istil taʼ ħajja? Hi u żewġha kienu jillitikaw il-ħin kollu, u hi kienet miżerabbli. Hi żżid: “Meta ħsibt dwar il-problemi tal-mistħija li dħalt fihom, irrealizzajt kemm kellhom raġun il-ġenituri meta kienu jgħiduli, ‘Kumpanija ħażina tħassar id-drawwiet siewja.’”—1 Korintin 15:33.

Ligaya żżid: “Qabel ma l-affarijiet qalbu għall-agħar, iddeċidejt li nieqaf mill-istil taʼ ħajja ħażina u li nistudja l-Bibbja—u li din id-darba napplika t-tagħlim tagħha.” Ir-riżultati? Salvat iż-żwieġ tagħha u żewġha beda jittratta magħha b’iżjed qalb tajba u rispett. “Il-Bibbja biddlitli ħajti,” tgħid hi, “u ma jiddispjaċini xejn għax abbandunajt l-istil taʼ ħajja u l-hekk imsejħin ħbieb li kelli qabel.”