Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 INTERVISTA | ANTONIO DELLA GATTA

Għala saċerdot biddel ir-reliġjon tiegħu

Għala saċerdot biddel ir-reliġjon tiegħu

WARA li studja għal disaʼ snin, Antonio Della Gatta kien ordnat saċerdot fl-1969. Iktar tard, qeda bħala rettur, jew kap, taʼ seminarju qrib Napli, l-Italja. Waqt li kien hemm, wara ħafna studju u meditazzjoni, hu kkonkluda li r-reliġjon Kattolika mhix ibbażata fuq il-Bibbja. Hu tkellem maʼ Stenbaħ! dwar l-isforz li għamel biex ifittex lil Alla.

Jekk jogħġbok għidilna dwar tfulitek.

Jiena twelidt l-Italja fl-1943. Trabbejt maʼ ħuti bniet u subien f’raħal żgħir fejn missieri kien bidwi u mastrudaxxa. Il-ġenituri tagħna rabbewna bħala Kattoliċi tajbin.

Għala ridt issir saċerdot?

Bħala tifel, kont inħobb nismaʼ lill-qassisin fil-knisja. Kont nissaħħar nismaʼ l-vuċijiet tagħhom, kif ukoll nara r-ritwali impressjonanti. Għalhekk, f’qalbi verament ridt insir saċerdot. Meta kelli 13-il sena, ommi ħaditni ngħix fi skola li kienet tipprepara lis-subien għal studji iżjed avanzati biex isiru saċerdoti.

It-taħriġ tiegħek kien jinvolvi studju tal-Bibbja?

Mhux eżatt. Meta kelli 15-il sena, wieħed mill-għalliema tiegħi tani kopja tal-Evanġelji—ir-rakkonti storiċi tal-ħajja u l-ministeru taʼ Ġesù—u jiena qrajt il-ktieb diversi drabi. Meta kelli 18-il sena, mort Ruma biex nistudja fl-universitajiet pontifikali, li huma direttament taħt l-awtorità tal-papa. Studjajt il-Latin, il-Grieg, l-istorja, il-filosofija, il-psikoloġija, u t-teoloġija. Għalkemm konna nitgħallmu bl-amment u ngħidu b’vuċi għolja xi versi mill-Bibbja u konna nisimgħu qari mill-Bibbja fil-prietki taʼ nhar taʼ Ħadd, ma konniex fil-fatt nistudjaw il-Bibbja.

Inti sirt rettur. Dan ifisser li kont tgħallem?

Ix-xogħol tiegħi kien iżjed amministrattiv. Imma kont ngħallem klassijiet fuq id-digrieti tal-Konċilju Vatikan II.

Għala bdejt tiddubita r-reliġjon li kellek?

Kien hemm tliet affarijiet li kienu jinkwetawni. Il-knisja kienet involuta fil-politika. Il-kondotta azina fost il-kleru u l-parruccani kienet tollerata. U certu taglim Kattoliku kien jidher li ma kienx tajjeb. Kif, perezempju, Alla ta' mabba jista' jikkastiga lin-nies gal dejjem wara l-mewt? Ukoll, Alla verament iridna nirripetu t-talb gal mijiet ta' drabi fir-ruzarju? *

X’għamilt?

Bid-dmugħ iċarċar minn għajnejja, tlabt għal gwida. Ukoll, xtrajt kopja taʼ Bibbja Kattolika, The Jerusalem Bible, li kienet ġiet ippubblikata reċentement bit-Taljan, u bdejt naqraha. Imbagħad darba l-Ħadd filgħodu, wara l-quddiesa, waqt li kont qed indendel il-libsa tiegħi, żewġt irġiel ġew is-seminarju. Huma introduċew lilhom infushom miegħi bħala Xhieda taʼ Ġeħova. Tkellimna għal iżjed minn siegħa dwar il-Bibbja u  dak li tgħid dwar il-karatteristiki li jidentifikaw ir-reliġjon vera.

X’impressjoni ħadt tal-viżitaturi?

Ammirajt il-konvinzjoni tagħhom u kemm kien faċli għalihom li jsibu siltiet minn edizzjoni Kattolika tal-Bibbja. Iktar tard, Xhud ieħor, jismu Mario, beda jiġi għandi. Hu kien paċenzjuż u leali—kull nhar taʼ Sibt filgħodu, xemx jew xita, kien iċempel il-qanpiena tas-seminarju fid-disgħa.

X’ħasbu s-saċerdoti l-oħra dwar dawn iż-żjajjar?

Stidinthom biex jingħaqdu magħna fid-diskussjonijiet tagħna, imma ħadd minnhom ma ħa bis-serjetà l-istudju tal-Bibbja. Imma jiena kont nieħu pjaċir. Kont qed nitgħallem affarijiet tal-għaġeb, pereżempju, għala Alla jippermetti l-ħażen u s-sofferenza—xi ħaġa li kienet ilha tħawwadni.

Is-superjuri tiegħek ipprovaw jaqtgħulek qalbek milli tistudja l-Bibbja?

Fl-1975, mort Ruma diversi drabi biex nispjega l-ħarsa tiegħi. Is-superjuri tiegħi pprovaw ibiddluli l-ħsieb tiegħi, imma ħadd minnhom m’uża l-Bibbja. Finalment, fid-9 taʼ Jannar 1976, ktibt lill-Vatikan biex nistqarr li ma kontx għadni nikkunsidra lili nnifsi Kattoliku. Jumejn wara, tlaqt mis-seminarju u mort bil-ferrovija biex nattendi l-ewwel laqgħa tiegħi max-Xhieda taʼ Ġeħova, li nzertat kienet assemblea li inkludiet diversi kongregazzjonijiet. Kollox kien tant differenti minn dak li kont imdorri bih jien! Kull Xhud kellu Bibbja u segwa mal-kelliema huma u jiddiskutu suġġetti differenti.

Il-familja tiegħek x’ħasbu dwar dan kollu?

Ħafna minnhom kienu opponewni bl-aħrax. Sirt naf, madankollu, li wieħed minn ħuti kien qed jistudja max-Xhieda fil-Lombardija, reġjun fit-Tramuntana tal-Italja. Mort għandu, u x-Xhieda t’hemmhekk għenuni nsib xogħol u post fejn ngħix. Iktar tard dik is-sena, tgħammidt bħala wieħed mix-Xhieda taʼ Ġeħova.

Fl-aħħar, inħossni erament qrib Alla

Għandek xi dispjaċir?

Lanqas xejn! Fl-aħħar, inħossni verament qrib Alla, għax dak li naf dwaru hu bbażat fuq il-Bibbja, mhux fuq il-filosofija jew it-tradizzjoni tal-knisja. U nistaʼ ngħallem lil oħrajn b’konvinzjoni u sinċerità.

^ par. 13 Il-Bibbja tagħti tweġibiet ċari għal dawn il-mistoqsijiet u ħafna oħrajn. Ikklikkja fuq TAGĦLIM TAL-BIBBJA > MISTOQSIJIET DWAR IL-BIBBJA MWEĠBIN..