Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 ĦARSA LEJN ID-DINJA

Kelmtejn dwar ir-reliġjon

Kelmtejn dwar ir-reliġjon

Ir-reliġjon suppost li tkun forza għall-unità. Però, spiss kienet sors taʼ ġlied u sfiduċja.

Id-Dinja

Iktar minn tliet kwarti mill-popolazzjoni tad-dinja jgħixu f’pajjiżi li għandhom restrizzjonijiet sinifikanti fuq ir-reliġjon, jew minħabba politika uffiċjali jew ġlied soċjali. F’perijodu taʼ ħames snin, in-numru taʼ pajjiżi b’inċidenti t’abbuż kontra minoritajiet reliġjużi kważi rdoppja.

AĦSEB DWAR DAN: Xi nies għal liema raġunijiet differenti ħafna huma ostili lejn ir-reliġjon?—Mattew 23:27, 28; Ġwanni 15:19.

L-Ingilterra

L-eks Prim Ministru Tony Blair jikteb fil-gazzetta Observer li “abbuż tar-reliġjon” hu motiv komuni wara atti taʼ terroriżmu reċenti. “Il-battalji taʼ dan is-seklu,” iżid jgħid, “għandhom inqas probabbiltà li jkunu r-riżultat taʼ ideoloġija politika estrema—bħal dawk tas-seklu 20—imma jistgħu faċilment ikunu bbażati fuq kwistjonijiet taʼ differenzi kulturali jew reliġjużi.”

AĦSEB DWAR DAN: Ir-reliġjon għala spiss hi sors taʼ firda?—Marku 7:6-8.

L-Awstralja

L-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Awstralja jirrapporta li wieħed minn kull ħames Awstraljani jgħid li m’għandu ebda konnessjoni maʼ xi reliġjon. Anki “konnessjoni reliġjuża mhix l-istess bħal li jkollok sehem attiv fl-attivitajiet reliġjużi,” jgħid ir-rapport. Huma biss 15 fil-mija tal-irġiel u 22 fil-mija tan-nisa b’konnessjonijiet reliġjużi li jgħidu li huma attivi fi grupp reliġjuż jew spiritwali.

AĦSEB DWAR DAN: Liema kwalitajiet negattivi huma evidenti f’ħafna mir-reliġjonijiet organizzati tal-lum?—Mattew 7:15-20.