Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Ħarsa lejn id-dinja

Ħarsa lejn id-dinja

Id-Dinja

Il-vjolenza fuq in-nisa saret “problema taʼ saħħa pubblika mifruxa sew li dejjem qed tiżdied,” skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). Din tkompli tgħid: “Xi 35 fil-mija tan-nisa kollha se jesperjenzaw vjolenza domestika jew vjolenza minn xi ħadd ieħor. . . . Imma l-iktar komuni hi l-vjolenza domestika . . . , li teffettwa lil 30 fil-mija tan-nisa madwar id-dinja.”

Il-Britannja

Fi stħarriġ li sar lil 64,303 persuni, 79 fil-mija ħasbu li “r-reliġjon hi l-kaġun tal-biċċa l-kbira mid-dwejjaq u t-tilwim li hawn fid-dinja llum.” Iktar minn hekk, f’ċensiment li sar fl-2011 fl-Ingilterra u Wales instab li 59 fil-mija biss tal-popolazzjoni jsostnu li huma Kristjani, filwaqt li fl-2001 kien hemm 72 fil-mija. Matul l-istess perijodu, il-persentaġġ tan-nies li qalu li ma jħaddnu l-ebda reliġjon telaʼ minn 15 fil-mija għal 25 fil-mija.

Iċ-Ċina

Skont rapporti tal-aħbarijiet, dan l-aħħar ġiet riveduta liġi li teffettwa lill-adulti li għandhom ġenituri mdaħħlin fiż-żmien. Din titlob li l-adulti jagħmlu iktar milli sempliċement iżuru spiss lill-ġenituri tagħhom. Għandhom ukoll jieħdu ħsieb il-“bżonnijiet emozzjonali” tagħhom. Il-liġi “ma tgħidx x’dixxiplina għandha tingħata” lill-adulti li ma jobdux din il-liġi.

L-Ewropa

Gruppi kriminali issa qed jipproduċu verżjoni mhix ġenwina jew oriġinali t’affarijiet li jintużaw kuljum, bħal pereżempju makeup, prodotti tat-tindif, u anke ikel. “Hemm probabbiltà li joħorġu verżjoni falza taʼ kważi kull ħaġa, anke jekk għandha valur żgħir,” jgħid il-president taʼ kumpanija li jagħti pariri dwar is-sigurtà tal-ikel. Espert jikkalkula li 10 fil-mija tal-ikel li jinxtara f’pajjiżi żviluppati ma jkunx ġenwin.