Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Ħarsa lejn id-dinja

Ħarsa lejn id-dinja

Id-Dinja

“Kull sena jmutu kważi 3 miljun tarbija sa ma jkollhom xahar, il-biċċa l-kbira minnhom minħabba kaġuni li setgħu jiġu evitati. ’Il fuq minn terz taʼ dawn it-trabi jmutu fl-ewwel jum taʼ ħajjithom.”—Save the Children International.

Il-Britannja

Fl-2011, skont il-Public Health England, fi 15-il distrett taʼ Londra kien hemm żieda fl-imwiet mit-tinġis tal-arja. Ironikament, id-diesel ġie rreklamat bħala li jagħmel inqas ħsara lill-ambjent minn fjuwils oħra minħabba li hu iżjed effiċjenti u joħroġ inqas karbonju dijossidu minnu. Però, 91 fil-mija mit-tinġis tal-arja f’dawk l-inħawi jiġi minn vetturi b’magna diesel.

Ir-Russja

Skont stħarriġ mill-Fondazzjoni tal-Opinjoni Pubblika fir-Russja fl-2013, madwar 52 fil-mija tar-Russi li identifikaw lilhom infushom bħala Kristjani Ortodossi qalu li qatt ma kienu qraw saħansitra parti mill-Bibbja, u 28 fil-mija qalu li rari jitolbu.

L-Afrika

Rapport tal-Bank Dinji jgħid li konfużjoni dwar taʼ min hi l-art tajba għall-biedja qed tfixkel il-produzzjoni agrikola u tkattar il-faqar. Nofs l-art agrikola mhux maħduma tad-dinja u li tistaʼ tintuża—xi 202 miljun ettaru—qiegħda fl-Afrika, fejn il-produttività tal-agrikultura jintqal li hi l-kwart taʼ li tistaʼ tkun.

L-Istati Uniti

Minflok kotba, numru taʼ skejjel u universitajiet qed jagħtu tablets elettroniċi li fuqhom hemm il-materjal neċessarju tal-qari, programmi tal-kompjuter, apps, u kontenut ieħor. Però, hemm dubju jekk dan hux vallapena jew le.