Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 SUĠĠETT PRINĊIPALI | META TGĦADDI MINN TRAĠEDJAKIF TISTA’ TKAMPA?

Meta timrad serjament

Meta timrad serjament

Mabel, mara mill-Arġentina, kellha ħajja attiva u kienet taħdem bħala fiżjoterapista. Fl-2007, hi bdiet tħossha għajjiena mejta u kellha wġigħ ta’ ras taqsam kuljum. Hi tgħid: “Mort għand diversi tobba u pprovajt kull tip ta’ mediċina, imma kien kollu għalxejn.” Fl-aħħar, Mabel għamlet l-MRI, u rriżulta li kellha tumur f’moħħha. Mabel tgħid: “Ixxokkjajt ruħi! Ma stajtx nemmen li kont qed ngħix b’din il-marda qerrieda ġo fija.

“Minkejja dan, kont għadni ma fhimtx kemm kienet verament serja s-sitwazzjoni tiegħi sakemm għamilt l-operazzjoni. Xħin qomt fl-ITU, ma stajtx niċċaqlaq. Kulma stajt nagħmel kien li niċċassa lejn is-saqaf. Qabel l-operazzjoni kont attiva u indipendenti. F’daqqa waħda, ma stajt nagħmel xejn. Fil-ġranet li qattajt l-ITU, ħlief konfużjoni u ħsejjes ta’ apparat mediku, allarmi tal-emerġenza, u krib ta’ pazjenti oħra ma smajtx. Madwari kien hemm biss uġigħ u sofferenza.

“Illum, irkuprajt sa ċertu punt. Nista’ nimxi mingħajr għajnuna u kultant noħroġ waħdi. Imma sfortunatament, qed nara doppju u l-muskoli mhux dejjem jaħdmuli sew.”

KIF TISTA’ TKAMPA

Żomm attitudni pożittiva. Fi Proverbji 17:22, il-Bibbja tgħid: “Qalb ferriħija tajba biex tfejjaq, imma spirtu mdejjaq inixxef l-għadam.” Mabel tiftakar: “Waqt li kont qed nirkupra, iffaċċjajt l-istess sfidi li l-pazjenti tiegħi kienu jiffaċċjaw. L-eżerċizzji kienu vera ta’ wġigħ. Ġieli kont se naqta’ qalbi. Kelli nagħmel sforz biex ninjora ħsibijiet negattivi bħal dawn, għax kont naf li l-isforzi tiegħi kienu se jagħtu l-frott.”

Iffoka fuq dak li jagħtik it-tama. Mabel tgħid: “Permezz tal-Bibbja kont naf għala ngħaddu minn traġedji. Imma kont naf ukoll li ma’ kull ġurnata li tgħaddi, nersqu eqreb lejn żmien meta t-tbatija tkun biss xi ħaġa tal-passat.” *

Kun af li Alla jimpurtah minnek bħala individwu. (1 Pietru 5:7) Mabel tiftakar kif dan il-ħsieb għenha: “Meta ħaduni għall-operazzjoni, ħassejt kemm hu minnu l-kliem f’Isaija 41:10, fejn Alla jgħid: ‘Tibżax, għax jien miegħek.’ Billi kont naf li Alla Ġeħova jimpurtah minn dak li ġrali, ħassejt paċi ġewwinija.”

Kont taf? Il-Bibbja tgħallem li se jkun hawn żmien meta l-umanità mhix se ġġarrab iktar niket minħabba problemi ta’ saħħa.—Isaija 33:24; 35:5, 6.