Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

‘L-għerf qed isejjaħ’—Tista’ tisimgħu?

‘L-għerf qed isejjaħ’—Tista’ tisimgħu?

“M’huwiex l-għerf isejjaħ il-ħin kollu, u m’huwiex id-dixxerniment isemmaʼ leħnu kontinwament? Sab postu fuq il-quċċata taʼ l-għoljiet, ħdejn it-triq, f’salib it-toroq. . . . Fid-daħla taʼ l-entraturi jibqaʼ jgħajjat b’leħen għoli.”—PROVERBJI 8:1-3.

L-GĦERF hu imprezzabbli. Mingħajru konna nagħmlu żball banali wara l-ieħor. Imma fejn jistaʼ jinstab l-għerf veru? Il-kittieb tal-Proverbji kellu f’moħħu l-għerf li ma jistaʼ jitqabbel maʼ xejn tal-Ħallieq tagħna. Iżjed minn hekk, l-għerf Tiegħu hu disponibbli għal prattikament l-umanità kollha permezz taʼ ktieb speċjali ħafna, il-Bibbja. Ikkunsidra dan li ġej:

  • Il-Bibbja hi “l-iktar ktieb imqassam fl-istorja,” tgħid The World Book Encyclopedia. “Ġiet tradotta iktar drabi u f’iktar lingwi minn kwalunkwe ktieb ieħor.” Issa l-Bibbja kollha jew parti minnha hi disponibbli bi kważi 2,600 lingwa, u b’hekk hi aċċessibbli għal ’il fuq minn 90 fil-mija tal-umanità.

  • Ukoll, l-għerf “jibqaʼ jgħajjat b’leħen għoli” f’sens iktar letterali. F’Mattew 24:14 naqraw: “Din l-aħbar tajba tas-saltna tiġi pridkata fl-art abitata kollha bħala xiehda lill-ġnus kollha; u mbagħad jiġi t-tmiem [tad-dinja preżenti].”

Din “l-aħbar tajba” hi għerf veru għax tirreferi għas-soluzzjoni t’għerf t’Alla għall-problemi tal-bnedmin—Saltnatu. Din is-Saltna hi gvern minn Alla li se jaħkem fuq l-art kollha—dinja waħda, gvern wieħed. (Danjel 2:44; 7:13, 14) Kien għalhekk li Ġesù Kristu talab: “Ħa tiġi saltnatek. Ħa jkun li trid int, kif fis-sema, ukoll fuq l-art.”—Mattew 6:9, 10.

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jqisuh privileġġ li jħabbru s-Saltna t’Alla f’239 pajjiż! Iva, għerf—għerf divin—qiegħed verament “jgħajjat b’leħen għoli,” saħansitra “fid-daħla taʼ l-entraturi.” Tistaʼ tisimgħu?