Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Ħarsa lejn id-dinja

Ħarsa lejn id-dinja

L-Asja tax-Xlokk

Skont il-World Wildlife Fund, bejn l-1997 u l-2011, ġew identifikati ħafna speċi ġodda taʼ pjanti u annimali, inkluż serp b’għajnejn ħomor (Trimeresurus rubeus) fil-Greater Mekong, reġjun li jkopri l-Kambodja, il-Laos, il-Mjanmar, it-Tajlandja, il-Vjetnam, u l-provinċja taʼ Yunnan, iċ-Ċina. Mill-ispeċi misjubin fl-2011 biss, kien hemm 82 pjanta, 21 rettili, 13-il ħuta, 5 anfibji, u 5 mammali.

L-Ewropa

It-traffikar tal-bnedmin sar problema serja fl-“Unjoni Ewropea kollha,” jgħid rapport f’The Moscow Times. In-nies jinbiegħu għal esplojtazzjoni sesswali, xogħol forzat, u anke “kummerċ illegali tal-organi umani.” It-traffikanti jieħdu vantaġġ mill-faqar, il-qgħad, u l-inugwaljanza tas-sessi.

In-New Zealand

Riċerkaturi investigaw kemm it-tfal u l-adoloxxenti jqattgħu ħin quddiem it-TV. Huma sabu li l-ħin żejjed li jitqattaʼ quddiem it-TV hu “assoċjat maż-żieda t’aġir antisoċjali qabel ma jsiru adulti.” Ir-riċerkaturi jgħidu li s-sejbiet tagħhom jappoġġaw il-parir li t-tfal għandhom jaraw “mhux iktar minn siegħa sa sagħtejn taʼ programmi taʼ kwalità kuljum.”

L-Alaska

Kważi “l-irħula tal-Indiġeni tal-Alaska” kollha jinsabu mal-kosta jew maġenb ix-xmajjar, u 86 fil-mija minn dawn l-irħula qed jiġu effettwati minn għargħar u erożjoni. Ir-rapporti jindikaw li t-temperaturi li qed jogħlew qed iwasslu biex silġ li jipprovdi protezzjoni fuq ix-xtut ma jitrabbiex, u l-irħula qed jibqgħu iktar esposti għall-maltempati tal-ħarifa.

Id-Dinja

Minkejja li saru investimenti kbar f’teknoloġiji taʼ enerġija nadifa, bħalma hi dik solari u tar-riħ, “junit medju taʼ enerġija prodotta llum hu bażikament maħmuġ daqs kemm kien 20 sena ilu,” tgħid Maria van der Hoeven, direttriċi esekuttiva tal-International Energy Agency.