Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 IL-ĦARSA TAL-BIBBJA

Ir-razziżmu

Ir-razziżmu

Kif bdew ir-razez tal-bnedmin?

“Adam lil martu beda jsejħilha Eva, għax kellha ssir omm il-ħajjin kollha.” Ġenesi 3:20.

DAK LI JGĦIDU L-ESPERTI

Il-United Nations Educational, Scientific and Cultural Organization (UNESCO) tgħid li “l-bnedmin kollha jagħmlu parti minn speċi waħda u huma dixxendenti minn antenat komuni.”—Declaration on Race and Racial Prejudice, 1978.

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA

Alla ħalaq żewġ bnedmin, Adam u Eva, u qalilhom: “Nisslu u oktru u imlew l-art u rażżnuha.” (Ġenesi 1:28) B’hekk, Adam u Eva saru missier u omm l-umanità kollha. Iktar tard, meta d-dulluvju qered il-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni tad-dinja, erbaʼ koppji salvaw—Noè u martu flimkien mat-tliet uliedhom u n-nisa tagħhom. Il-Bibbja tgħallem li aħna lkoll dixxendenti taʼ wlied Noè.—Ġenesi 9:18, 19.

 Hemm xi razza superjuri għal oħra?

“Minn raġel wieħed [Alla] għamel il-ġnus kollha tal-bnedmin, biex jgħammru fuq il-wiċċ kollu taʼ l-art.”Atti 17:26.

DAK LI QALU XI WĦUD

Matul is-seklu 20, numru taʼ gruppi adottaw ideat razzisti. In-Nazi, pereżempju, irraġunaw li kien hemm bażi bijoloġika għal twemmin rigward is-superjorità razzjali. Mill-banda l-oħra, id-dokument tal-UNESCO kkwotat iktar kmieni rrikonoxxa “l-unità essenzjali tar-razza umana, u b’hekk l-ugwaljanza fundamentali tal-bnedmin u l-ġnus kollha.”

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA

Atti 10:34, 35 jgħid: “Alla mhux parzjali, imma f’kull ġens min jibżaʼ minnu u jagħmel is-sewwa hu aċċettat minnu.” Għal din ir-raġuni, ħadd ma jistaʼ bi dritt iqis razza waħda superjuri għal oħra.

Ġesù stabbilixxa l-livell għall-Kristjani meta qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom ilkoll aħwa.” (Mattew 23:8) Hu talab li s-segwaċi tiegħu jkunu uniti u “perfezzjonati bħala ħaġa waħda,” mhux mifrudin jew segregati.—Ġwanni 17:20-23; 1 Korintin 1:10.

Qatt se jispiċċa r-razziżmu?

“Fl-aħħar parti tal-jiem il-muntanja tad-dar taʼ Ġeħova ssir stabbilita fis-sod . . . ; u lejha jiġru l-ġnus kollha.” Isaija 2:2.

DAK LI JAĦSBU XI WĦUD

Tensjoni razzjali li tieħu fit-tul twassal lil nies f’ħafna pajjiżi biex jiddubitaw jekk is-soċjetà għamlitx progress sinifikanti f’li tittratta r-razziżmu. Uħud jikkonkludu li qatt mhu se jaraw ugwaljanza razzjali.

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA

Alla mhux se jittollera l-mibegħda razzjali għal dejjem. Għall-kuntrarju, taħt is-Saltna tiegħu, irġiel u nisa “minn kull ġens u tribù u poplu u lsien” se jaqduh f’unità, u juru mħabba ġenwina għal sħabhom il-bnedmin. (Rivelazzjoni 7:9) Is-Saltna t’Alla mhix xi kundizzjoni astratta fil-qalb. Minflok, hi gvern li se jkollu effetti profondi fuq l-art tagħna—proprju l-istess post fejn Alla ried li n-nies kollha jgħixu mingħajr frid razzjali. *

^ par. 15 Għal iktar informazzjoni, ara kapitlu 3 tal-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? ippubblikat mix-Xhieda taʼ Ġeħova.