Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 SUĠĠETT PRINĊIPALI SUBJECT | GĦALA TIBQAʼ TGĦIX?

Għax hemm l-għajnuna

Għax hemm l-għajnuna

‘Itfgħu l-ansjetà kollha tagħkom fuq Alla, għax hu jimpurtah minnkom.’—1 PIETRU 5:7.

Meta tħoss li m’hemm xejn li tistaʼ tagħmel biex ittejjeb is-sitwazzjoni tiegħek, għandu mnejn tippreferi tmut milli tgħix. Imma kkunsidra ftit għajnuniet li hemm miftuħin għalik.

It-Talb. It-talb mhuwiex sempliċement mezz biex iġiegħlek tħossok aħjar; lanqas mhu xi ħaġa li għandek tagħmel meta tkun iddisprat. Huwa komunikazzjoni reali m’Alla Ġeħova, li jinteressah minnek. Ġeħova jridek tgħidlu b’dak li qed jikkonċernak. Infatti, il-Bibbja tħeġġiġna: “Ixħet toqlok fuq Ġeħova, u jsostnik.”—Salm 55:22.

Għala ma titkellimx m’Alla fit-talb illum? Uża ismu, Ġeħova, u tkellem mill-qalb. (Salm 62:8) Ġeħova jridek issir tafu bħala ħabib. (Isaija 55:6; Ġakbu 2:23) It-talb huwa bieb taʼ komunikazzjoni li jistaʼ jkun disponibbli għalik f’kull ħin u kullimkien.

Skont l-American Foundation for Suicide Prevention, ‘studji konsistentament urew li l-maġġoranza vasta tan-nies li jmutu b’suwiċidju—90 fil-mija jew iktar—kellhom diżordni mentali fiż-żmien meta mietu. Però, spiss dawn id-diżordnijiet ma kinux indunaw bihom u ma ġewx ikkurati’

Nies li jinteressahom minnek. Ħaddieħor jimpurtah minn ħajtek—inkluż il-familjari tiegħek jew ħbiebek li jistaʼ jkun li diġà esprimew tħassib għalik. Nies li jimpurtahom minnek jinkludu wkoll uħud li qatt ma ltqajt magħhom. Pereżempju, kultant, fil-ministeru tagħhom, ix-Xhieda taʼ Ġeħova jiltaqgħu maʼ nies mifxulin, li wħud minnhom stqarrew li kienu ddisprati għall-għajnuna u kienu ħasbu fuq li jtemmu ħajjithom. Il-ministeru minn bieb għal bieb ta lix-Xhieda taʼ Ġeħova opportunità unika biex jgħinu nies bħal dawn. Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jsegwu l-eżempju taʼ Ġesù u jimpurtahom minn sħabhom il-bnedmin. Huma jimpurtahom minnek.Ġwanni 13:35.

Għajnuna professjonali. Ħsibijiet suwiċidali spiss jindikaw il-preżenza taʼ diżordni fil-burdata, bħal pereżempju d-dipressjoni klinika. M’hemm xejn minn xiex tistħi jekk issofri minn marda emozzjonali—bħalma ma tistħix jekk ikollok marda fiżika. Infatti, id-dipressjoni ġiet imsejħa “l-influwenza komuni tal-moħħ.” Kważi tistaʼ taqbad lil kulħadd—u tistaʼ tiġi kkurata. *

FTAKAR DAN: Ġeneralment ma jkunx possibbli li toħroġ mill-ħofra fonda tad-dipressjoni waħdek. Però, b’daqqa t’id jistaʼ jirnexxilek.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL ILLUM: Sib tabib tajjeb li jikkura d-diżordnijiet fil-burdata bħalma hi d-dipressjoni.

^ par. 8 Jekk jibqaʼ jkollok ħsibijiet kontinwi biex ittemm ħajtek, sir af x’għajnuniet hemm disponibbli għalik—forsi xi numru tat-telefown għall-prevenzjoni tas-suwiċidju jew is-servizz tal-emerġenza tal-isptar. Hemm issib nies imħarrġin biex jagħtu l-għajnuna.