Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 ĠIE DISINJAT?

Ġewnaħ il-farfett

Ġewnaħ il-farfett

IL-ĠWIENAĦ tal-farfett tant huma fraġli li anki l-piż tat-trab jew tal-qtar tal-umdità jistaʼ jġiegħlu jtir b’diffikultà. Minkejja dan, il-ġwienaħ jibqgħu nodfa u nexfin. X’inhu s-sigriet tal-farfett?

Ikkunsidra: Riċerkaturi fl-Università tal-Istat taʼ Ohio li qed jistudjaw il-farfett Giant Blue Morpho (Morpho didius) sabu li għalkemm il-ġwienaħ taʼ dan il-farfett jidhru lixxi, l-uċuħ tagħhom huma miksijin b’ħafna qxur imrikkeb li jixbah il-qxur tal-ħut. Xquq paralleli jerġaʼ iżgħar fuq wiċċ dan il-qxur iġiegħlu l-qtar tal-ilma jiżloq faċilment minn fuqhom. L-inġiniera qed jipprovaw jikkopjaw l-għamla tal-ġwienaħ sabiex jagħmlu kisi taʼ teknoloġija għolja fl-industrija u apparat mediku li huma reżistenti għall-ħmieġ u l-ilma.

Ġewnaħ il-farfett hu eżempju ieħor taʼ kif ix-xjenza qed tipprova tikkopja d-disinji misjubin f’affarijiet ħajjin. ‘In-natura hija mimlija b’meravilji tal-inġinerija, mill-iżgħar sal-ikbar oġġett, li ispiraw lill-umanità għal sekli sħaħ,’ jgħid ir-riċerkatur Bharat Bhushan.

Int x’taħseb? Ġewnaħ il-farfett ġie bl-evoluzzjoni? Jew ġie disinjat?