Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 SUĠĠETT PRINĊIPALI

Websajt unika

Websajt unika
  • AQRA l-Bibbja b’xi 50 lingwa u materjal ieħor ibbażat fuq il-Bibbja b’iktar minn 500 lingwa.

  • SIB materjal bi kważi 70 lingwa tas-sinjali.

  • FITTEX fil-Websajt b’mijiet taʼ lingwi.

  • ISMAʼ drammi bl-awdjo li jġibulek quddiem għajnejk ġrajjiet eċċitanti mill-Bibbja.

  • ARA KIF ġrajjiet Bibliċi jieħdu l-ħajja permezz taʼ stejjer bl-istampi.

  • ARA drammi u vidjows ibbażati fuq il-Bibbja li jgħinuk tiffaċċja sfidi fil-ħajja.

  • IDDAWNLOWDJA e-books, artikli minn rivisti, u fajls bl-awdjo, kollha b’xejn.

  • IRRIĊERKA varjetà taʼ suġġetti bl-użu tal-LIBRERIJA ONLAJN—bieb għal abbundanza taʼ informazzjoni b’iktar minn 100 lingwa.

 GĦALL-KOPPJI

“Jien irridha tirnexxi l-familja tiegħi. Jien u marti għaddejna minn żmien diffiċli dan l-aħħar, speċjalment mindu kellna t-tfal. Napprezzaw kwalunkwe għajnuna li tingħatalna”

IL-BIBBJA TGĦID:

“Dar tinbena bl-għerf, u bid-dixxerniment tkun stabbilita fis-sod.”Proverbji 24:3.

PARTIJIET UTLI TAL-WEBSAJT

Is-sezzjoni “Koppji u Ġenituri” tistaʼ tgħinek tegħleb sfidi bħalma huma:

  • Problemi li jinqalgħu fl-ewwel sena taż-żwieġ

  • Relazzjoni mal-kunjati

  • Dixxiplina tat-tfal

  • Tilwim

  • Problemi taʼ flus

(Ikklikkja fuq TAGĦLIM TAL-BIBBJA > KOPPJI U ĠENITURI)

Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja hu ktieb li jkopri varjetà taʼ suġġetti dwar il-familja, milli tipprepara għaż-żwieġ għal li tieħu ħsieb ġenituri mdaħħlin fiż-żmien.

(Ikklikkja fuq PUBBLIKAZZJONIJIET > KOTBA U BROWXERS)

 GĦALL-ĠENITURI

“M’hemm xejn iktar importanti għalija minn uliedi. Irridhom isiru adulti li nkun kburija bihom”

IL-BIBBJA TGĦID:

“Ħarreġ tifel skond it-triq xierqa għalih; lanqas meta jixjieħ ma jwarrab minnha.”—Proverbji 22:6.

PARTIJIET UTLI TAL-WEBSAJT

Is-sezzjoni “Tfal” fiha stejjer mill-Bibbja bl-istampi, attivitajiet bl-istampi, vidjows, u lezzjonijiet mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk tgħallem lil uliedek biex . . .

  • ikunu ubbidjenti

  • juru qalb tajba

  • ma jillitikawx

  • jitgħallmu jgħidu “grazzi”

(Ikklikkja fuq TAGĦLIM TAL-BIBBJA > TFAL)

Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja u Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir huma kotba sbieħ bl-istampi maħsubin biex taqrahom maʼ wliedek.

(Ikklikkja fuq PUBBLIKAZZJONIJIET > KOTBA U BROWXERS)

 GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

“Nixtieq ikolli xi suġġerimenti biex inkampa mal-isfidi bħall-iskola, il-ġenituri tiegħi, sħabi, u dawk tas-sess oppost. M’għadnix tifel żgħir, u m’għandix bżonn prietki”

IL-BIBBJA TGĦID:

“Ħalli lil qalbek thennik f’jiem żgħożitek.”—Ekkleżjasti 11:9.

PARTIJIET UTLI TAL-WEBSAJT

Is-sezzjoni “Żgħażagħ” fiha artikli u vidjows li jistgħu jgħinuk . . .

  • jekk tħossok waħdek

  • jekk għandek il-problemi l-iskola

  • jekk ksirt xi regola tad-dar

  • jekk int vittma tal-bullying jew qed tiġi ttantat sesswalment

(Ikklikkja fuq TAGĦLIM TAL-BIBBJA > ŻGĦAŻAGĦ)

L-ewwel volum taʼ Iż-Żgħażagħ Jistaqsu—Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom jittratta 39 mistoqsija li jitqajmu spiss.

(Ikklikkja fuq PUBBLIKAZZJONIJIET > KOTBA U BROWXERS)

 GĦAL DAWK LI JRIDU JITGĦALLMU DWAR IL-BIBBJA

“Nixtieq nifhimha l-Bibbja. Mnejn nistaʼ nibda?”

IL-BIBBJA TGĦID:

“L-Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla u tiswa biex tgħallem.”—2 Timotju 3:16.

PARTIJIET UTLI TAL-WEBSAJT

It-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa hi verżjoni tal-Bibbja eżatta u faċli taqraha.

(Ikklikkja fuq PUBBLIKAZZJONIJIET > BIBBJA)

Is-sezzjoni “Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin” tagħti tweġibiet ċari għal mistoqsijiet bħal “Alla għala ppermetta l-Olokawst?” u “Ġesù meta twieled?”

(Ikklikkja fuq TAGĦLIM TAL-BIBBJA > MISTOQSIJIET DWAR IL-BIBBJA MWEĠBIN)

Il-paġna “Itlob Studju tal-Bibbja b’Xejn” tippermettilek tieħu vantaġġ mill-kors tal-istudju tal-Bibbja b’xejn.

(Ikklikkja fuq il-ħolqa “Itlob Studju tal-Bibbja” fil-paġna tad-dħul)

“Jien waqaft naqra l-Bibbja għax ma stajtx nifhimha. Imma meta bdejt nistudjaha bl-użu tal-ktieb ‘Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?’ bqajt iċċassata kemm il-Bibbja hi faċli u ċara.”—Christina.

Kuljum, madwar 700,000 ruħ iżuru jw.org. Għala ma tagħmilx bħalhom?