Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 ĠIET DISINJATA?

Il-Ħażna ta’ Informazzjoni tad-DNA

Il-Ħażna ta’ Informazzjoni tad-DNA

DAWK li jużaw il-kompjuter jiġġeneraw ammonti vasti taʼ informazzjoni diġitali li jkollha bżonn tiġi merfugħa għal meta jkun hemm bżonnha. Ix-xjentisti qed jittamaw li jbiddlu għalkollox il-metodi li jeżistu biex tinħażen l-informazzjoni diġitali billi jimitaw sistema taʼ ħażna taʼ informazzjoni bil-wisq superjuri li tinsab fin-natura—id-DNA.

Ikkunsidra: Id-DNA, li jinsab f’ċelluli ħajjin, jaħżen biljuni taʼ biċċiet taʼ informazzjoni bijoloġika. “Nistgħu niħduh mill-għadam tal-mammoths sufin . . . u nifhmuh,” jgħid Nick Goldman mill-European Bioinformatics Institute. “Hu wkoll estremament ċkejken, dens, u m’għandu bżonn ebda kurrent elettriku biex jaħżen, għalhekk, faċilment tistaʼ ġġorru jew iżżommu.” Jistaʼ d-DNA jaħżen informazzjoni maħluqa mill-bniedem? Ir-riċerkaturi jgħidu li jistaʼ.

Ix-xjentisti ħolqu DNA sintetiku li fih hemm maħżunin test ipprogrammat, stampi, u fajls bl-awdjo, sewwasew bħalma DVD taħżen l-informazzjoni. Iktar tard, ir-riċerkaturi rnexxielhom jaqraw din l-informazzjoni maħżuna u ma tilfu assolutament xejn minnha. Ix-xjentisti jaħsbu li maż-żmien, bl-użu taʼ dan il-metodu, gramma taʼ DNA artifiċjali tistaʼ taħżen l-informazzjoni li toqgħod fuq xi 3,000,000 CD u li din l-informazzjoni kollha tistaʼ tiġi ppreservata għal mijiet jekk mhux miljuni taʼ snin. Din is-sistema tistaʼ potenzjalment tesaʼ l-arkivju diġitali tad-dinja kollha. Għalhekk, id-DNA ġie msejjaħ “l-aqwa hard disk.”

Int x’taħseb? Jistaʼ jkun li l-ħażna tad-DNA ġiet bl-evoluzzjoni? Jew ġiet disinjata?